Futbol Sport

Rebħa kruċjali għal Aston Villa

(Ritratt: EPA)

F’Villa Park Aston Villa kisbu tliet punti importanti meta għelbu lil Arsenal 1-0. Villa bdew jilqgħu lill-avversarji u kien TREZEGUET fis-27 minuta li b’konklużjoni mill-isbaħ għeleb lil Martinez. Villa resqu qrib li jirduppjaw minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta x-xutt ta’ Grealish għadda ftit barra.

Aston Villa komplew itejbu l-logħob tagħhom fit-tieni taqsima u fil-75 minuta x-xutt ta’ Keinan Davis għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta. Minuta wara Arsenal resqu viċin li jġibu d-draw meta minn corner ta’ Pepe kien Nketiah li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-lasta u tispiċċa f’idejn Reina.

Premier League

Illum: Watford v Man City 0-4, Aston Villa v Arsenal 1-0, Għada: Man Utd v West Ham 7.00pm, Liverpool v Chelsea 9.15pm