Watford se jkollhom jistennew sal-aħħar ġurnata biex jaraw x’se jkun il-futur tagħhom għall-istaġun li ġej, jekk jilgħabux fil-Premier League jew inkella fiċ-Championship.
Dan wara li f’Vicarage Road sfaw megħluba minn Manchester City 4-0. It-tim ta’ Pep Guardiola ma deherx li ħa jħalliha lixxa u fetaħ l-iskor wara 31 minuta b’xutt mill-isbaħ ta’ Raheem Sterling. City irduppjaw fl-40 minuta meta Hughes deher iwaqqa’ lil STERLING fil-kaxxa bir-referee jordna penalty bl-istess plejer minn ħdax –il metru jara l-ballun tiegħu parzjalment salvat iżda l-ballun waqa f’saqajn l-istess plejer li mill-viċin ma żbaljax. Manchester City żiedu t-tielet gowl fit-63 minuta meta De Bruyne lagħab pass perfett lejn Sterling li minn qagħda tajba ra lil Foster isalva, iżda bid-difiża tonqos milli ttajjar il-ballun kien FODEN li tefa’ fix-xibka.
AYMERIC LAPORTE għamilhom erbgħa b’daqqa ta’ ras tajba wara cross ta’ De Bruyne. Fl-aħħar ħinjiet Manchester City kellhom gowl imħassar meta Jesus kien f’pożizzjoni ta’ offside qabel ikkonkluda.
//= $special ?>