Wara jiem ta’ diskussjonijiet, il-mexxejja Ewropej jaqblu dwar fond ta’ €1.82 triljun u dwar ir-Recovery Fund għal kontra l-pandemija.
Din l-aħbar ħarġet fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu wara ħamest ijiem ta’ diskussjoni bejn is-27 stat membru Ewropew.
Net News ilbieraħ bil-lejl żvela l-aħħar proposta mill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel fil-konfront ta’ pajjiżna. Dettalji ara l-link t’hawn taħt. Il-Prim Ministru Robert Abela ma tax dettalji dwar il-pakkett li ħadet Malta, iżda qal biss li kien “riżultat tajjeb”.
Ilbieraħ il-mexxejja bdew jiltaqgħu dwar l-abbozz rivedut fid-9pm, waqfu għall-konsultazzjonijiet għall-ħabta tas-1pm u reġgħu bdew jiltaqgħu ftit wara l-4am. Sakemm fil-5:30am tħabbar li kien intlaħaq ftehim.