L-eks sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi ġie trasferit f’ċentru speċjali fejn se jkun qiegħed jirkupra minn injury bil-handbike serja li sofra f’rasu waqt avvenimet fi Siena x-xahar li għadda.
Zanardi li għandu 53 sena kien mitfugħ f’coma artifiċjali u sarulu tliet interventi mediċi f’rasu fl-isptar Santa Maria alle Scotte ta’ Siena. It-Taljan huwa persuna ta’ ispirazzjoni f’għajnejn is-segwaċi tal-motorsport u l-isport paralimpiku. Il-coma artifiċjali tneħħiet sakemm Zanardi ġie trasferit għaċ-ċentru speċjali bil-kundizzjoni teigħu tibqa’ bħala stabbli.
//= $special ?>