Sport Waterpolo

Birżebbuġa jaħsdu lil Marsaxlokk b’wirja mill-aqwa fl-aħħar sessjoni … rebħiet għal San Ġiljan u Sirens

(Ritratt: Martin Agius)

Stewart Said

Wirja stupenda fl-aħħar sessjoni tat rebħa fondamentali għal Birżebbuġa Freeport fuq Marsaxlokk Brown’s bl-iskor 13-9. Din ir-rebħa f’konfront dirett probabbilment se tkun determinanti fid-destin tat-timijiet. Is-sena l-oħra, Marsaxlokk lagħbu fil-Kampjonat Premier iżda kellhom jgħinuhom il-qawwa ta’ Ivan Nagaev u Andrija Vlahovic. Dan in-nuqqas bidel is-saħħa tax-Xlukkajri u l-kowċ Joe Cremona għandu problema biex ikollu l-plejer li jagħmel id-differenza.

Birżebbuġa għandhom il-merti tagħhom hekk kif segwew lill-avversarji fl-ewwel tliet sessjonijiet u meta ħasdu lill-avversarji fl-aħħar sessjoni, Marsaxlokk ma kellhomx risposta. Fl-ewwel sessjoni, Matteo Cacici wieġeb għal David Cutajar. Ix-Xlukkajri fetħu darbtejn distakk doppju iżda Birżebbuġa għarfu jirkupraw biex temmew it-tieni sessjoni 6-6.

Rainer Scerri u Benji Lanzon reġgħu taw vantaġġ doppju lil Marsaxlokk, b’Christian Mifsud inaqqas id-distakk. Dan il-gowl kien il-preludju tar-rimonta fl-aħħar sessjoni hekk kif it-tim ta’ Pierre Borg skorja ħames gowls mingħajr risposta, b’Simon Vassallo jiskorja wara Timmy Agius għal rebħa t’ 13-9.

MARSAXLOKK BROWNS…….. 9

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 13

(1-1), (5-5), (2-1), (1-6)

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi (1), M. Martellacci, M. Cordina (1), T. Agius (1), B. Lanzon (1), J. Galea (1), M. Pace, S. Micallef (1), R. Scerri (1), M. Cacici (1), O. Zammit (1), F. Buhagiar, K. Cremona, L. Saliba

Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia (1), N. Cassar, D. Pace Lupi (3), C. Mifsud (1), P. Serracino, S. Vassallo (1), D. Cutajar (5), M. Bonnici (1), M. Borg, R. Spiteri (1), Z. Farrugia Seychell, M. Sladden, D. Incorvaja, Z. Bartolo,

Referees: Andrea Barretta, Mario Dalli

(Ritratt: Martin Agius)

San Ġiljan TUM Invest pattew għad-diżappunt tal-Enemed Cup b’rebħa ta’ 17-11 kontra Valletta IZIBET. It-tim ta’ Dorian Pisani kien fil-kontroll tal-logħba u ddetta r-ritmu, b’Valletta jonqsu milli jkunu dixxiplinati l-ħin kollu.

Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet hi magħrufa b’San Ġiljan għandhom l-għan li jirbħu l-kampjonat filwaqt li Valletta qed jimmiraw li jilagħbu fil-Kampjonat Premier. Għal Valletta għamlu d-debutt il-veterani Edward Aquilina, Michele Stellini u Niki Lanzon li mhux biss kważi skorjaw il-gowls kollha iżda kienu fost l-aħjar fit-tim.

L-ewwel sessjoni kienet ftit miftuħa sakemm San Ġiljan irnexxielhom jibdew jiftħu vantaġġ ta’ gowls. Doppjetta ta’ Matthew Zammit fit-tieni sessjoni għenet lil San Ġiljan biex sa tmiem it-tieni sessjoni jiftħu vantaġġ komdu ta’ 8-3. Dan id-distakk għen biex San Ġiljan setgħu jikkontrollaw aktar, bit-tim ta’ Dorian Pisani jsib ix-xibka ħames darbiet fit-tielet sessjoni fejn anki bdew jieħdu vantaġġ mill-ispazji fid-difiża Beltija. L-aħħar sessjoni rat lil Valletta jagħmlu l-iskor rispettabbli, b’Michele Stellini jiskorja tripletta.

SAN ĠILJAN TUM INVEST……. 17

VALLETTA IZIBET……………….. 11

(5-2), (3-1), (5-1), (4-7)

San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti, A. Galea (1), M. Mannino (4), M. Zammit (5), B. Plumpton (1), J. Bonavia, Z. Micallef, Da. Zammit, P. Fava, Di. Zammit (3), G. Vassallo, M. Ortoleva (3), K. Magri

Valletta: R. Sciortino, P. Borg (2), E. Aquilina (3), M. Stellini (3), A. Agius, R. Mock, D. Paolella, A. Bianchi, N. Farrugia, M. Zammit, K. Galea, N. Lanzon (3), T. Micallef

Referees: Fabio Brasiliano, Stefan Licari

Sirens Mecca Marin ukoll kisbu l-ewwel rebħa tagħhom. It-tim żagħżugħ ta’ Marko Orlovic għeleb lil Marsaskala Fish and Fish f’logħba fejn urew li kienu l-aħjar tim mingħajr ma ddominaw.

Sirens rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet 2-0 f’perjodu li kkontrollaw il-logħba mingħajr ma ssugraw fid-difiża. Matthew Sciberras u Jake Ciantar skorjaw fl-ewwel sessjoni filwaqt li Matthias Azzopardi u Jerome Zerafa Gregory skorjaw fit-tieni sessjoni. Tristan Said kompla jkabbar il-vantaġġ, bil-veteran Paul Privitera u Jan Culic inaqqsu d-distakk sakemm John Napier żamm il-vantaġġ ta’ erba’ gowls. Fl-aħħar sessjoni, Culic reġa’ skorja, b’Matthew Sciberras jissiġilla r-rebħa ta’ Sirens lejn it-tmiem.

SIRENS MECCA MARIN………………. 7

MARSASKALA FISH AND FISH…… 3

(2-0), (2-0), (2-2), (1-1)

Sirens: G. Galea Curmi, J. Ciantar (1), K. Erdogan, G. Melillo, J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia, L. Falzon, I. Riolo, J. Napier (1), M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Azzopardi (1), O. Gauci, T. Said (1), G. Sammut

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, P. Privitera (1), M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, M. Manara, L. Felice, J. Culic (2), R. Attard, D. Camilleri, A. Muscat, J. Erdogan, N. Gatt

Referees: Ronnie Spiteri, Fabio Brasiliano