Fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 minn 1,016 swab test – skont ma ġie ppublikat fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa.
Ġie spjegat li ż-żewġ każi huma sporadiċi, li jfisser li s’issa m’hemmx evidenza li kellhom x’jaqsmu mal-aħħar 3 każi ġodda ta’ din il-ġimgħa. Il-Ministeru għas-Saħħa spjega li waħda mill-persuni kellha s-sintomi filwaqt li l-persuna l-oħra ma kellha ebda sintomi.
Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa fieqet persuna oħra sabiex b’hekk t-total ta’ każi attivi issa huwa 5, bit-total ta’ persuni imfejqa mill-pandemija jammontaw għal 665. Mix-xahar ta’ Marzu, mindu feġġ il-virus f’Malta, ġew irreġistrati mas-679 fejn sfortunatament, 9 minnhom issarfu f’fatalitajiet.
Dan ifisser li wara tminnt’ijiem mingħajr ebda każ pożittiv ġdid ta’ Covid-19, u sebat’ijiem wara li l-ajruport u l-portijiet Maltin infetħu b’mod normali – f’inqas minn ġimgħa Malta rat 5 każi ġodda, bi 2 tal-lum m’għandhomx idea mnejn dabbru l-virus.
Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-ammont ta’ każi ġodda tal-lum kien l-ogħla wieħed mis-26 ta’ Ġunju.
//= $special ?>