Lokali Qorti

Id-difiża mhux tafda lill-Prosekuzzjoni u tistaqsi kif wara disa’ xhur persuni oħra ma ġewx investigati

Id-difiża ta’ Yorgen Fenech irrimmarkat li mhijiex tafda lill-Prosekuzzjoni u dan wara li skont hi wara disa’ xhur bir-reġistrazzjonijiet fil-pusses tagħha diversi persuni għadhom ma ġewx investigati.

Id-difiża qalet li ma hemmx ismijiet ġodda li għadhom ma ssemmewx fir-recordings, ħlief wieħed. Tenniet li huwa inkredibbli kif maħfra Presidenzjali ngħatat lil Melvin Theuma li ssottometta dawn ir-recordings xhur ilu, bil-Pulizija għadha se tibda tinvestiga wħud minnhom issa. Ingħad li Yorgen Fenech ħaqqu smigħ ġust.

Id-difiża lmentat ukoll dwar il-fatt li l-proċess ta’ Fenech li suppost huwa pubbliku għandu jipprevali fuq kunsiderazzjonijiet oħra. Dan fil-kuntest li parti mix-xhieda, l-aktar fejn għandhom x’jaqsamu recordings qegħdin jinstemgħu bil-magħluq, u mhux sew.

L-Avukat Charles Mercieca, wieħed mill-Avukati ta’ Yorgen Fenech qal li l-klijent tiegħu għandu dritt għal smigħ pubbliku. Huwa sostna li l-punt tat-tluq huwa li l-hard drives kienu esebiti mill-Posekuzzjoni u li kellhom din l-evidenza ferm qabel ma ġew esebiti.

Sostna “Li l-fatt li l-investigazzjoni dwar xi persuni se tibda llum, ma jagħmilx sens fl-opinjoni umli tiegħi. Melvin Theuma ingħata maħfra fuq is-saħħa ta’ dawn ir-reġistrazzjonijiet, u għalhekk kif għadhom se jibdew l-investigazzjonijiet?”

L-Ispettur Keith Arnaud wieġeb billi qal li huma semgħu fuq 100 recording u li tkellmu ma’ diversi nies. L-Avukat minn naħa tal-parte civile Jason Azzopardi qal minn naħa tiegħu ma kienx se jieħu r-responsabbiltà għat-tixrid tad-demm ta’ persuna li ssemmiet f’din ir-reġistrazzjoni f’kuntest partikolari.

Tenna li m’għandux jissemma’ imma saħaq li hemm kuntest u kuntest. Dan ħareġ tard wara nofs inhar fejn instemgħu diversi recordingf ta’ tapes bil-magħluq f’maratona ta’ tmien sigħat ta’ kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech.

Dak li ngħad mid-difiża u l-Prosekuzzjoni kien reazjoni ta’ recordings li nstemgħu bil-magħluq bil-media ma jkollha l-ebda aċċess għal dak li ħareġ.
Il-Qorti tal-Maġistrati ddeċidiet li parti kbira mix-xhieda tinstema’ bil-magħluq f’maratona ta’ tmien sigħat ta’ xhieda u smigħ ta’ tapes fejn ix-xhud prinċipali kien l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li ċaħad dak li bdiet tistaqsih id-difiża li huwa ħa xi flus biex jghin fil-proklama ta’ Melvin Theuma.

Ċaħda minn Lawrence Cutajar li ħa flus biex tingħata il-Proklama u ammetta li “Il-Ġojja” mar id-dar tiegħu darbtejn

Filwaqt li s-seduta li jmiss se tkompli fit-30 ta’ Lulju fejn mistenni jkompli jixhed Lawrence Cutajar. L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fis-seduta tal-Erbgħa ċaħad bil-qawwa kollha li huwa ħa xi flus biex tingħata l-proklama lil Melvin Theuma. Huwa qal li kemm dam fil-Korp tal-Pulizija qatt ma ħa ċenteżmu.

Hawn fl-awla numru 19 tal-Qorti qamet xi ftit tal-kommossjoni fejn għal diversi drabi Cutajar qal li Edwin Brincat magħruf bħala “Il-Ġojja” mar għandu d-dar darbtejn. L-ewwel darba fuq ċitazzjoni tal-istess Brincat li kien qed jikkontesta u hemm ħa l-okkażjoni biex jistaqsih fuq it-tapes.

Qal li t-tieni darba kien hu li kien jċempillu jew jibgħatlu messaġġi biex ikellmu għax baqa’ jagħmel minn kollox biex il-Pulizija jkollha aċċess għal dawn it-tapes. Madankollu jidher li Brincat kien qed jipprova jevitah qal ix-xhud.

“Qatt għaddielek xi flus il-Ġojja, meta kellu n-negozju Birżebbuġa”, staqsa l-avukat Mercieca – ‘din bis-serjetà’ wieġeb l-eks Kummissarju, u qallu li dan kien kollu diskors għall-media – għal titlu tajjeb fil-ġurnali, hawn il-Maġistrat Rachel Montebello talbet lix-xhud biex jiskot.

Id-difiża ta’ Yorgen Fenech qed tallega li Edwin Brincat magħruf bħala “Il-Ġojja” ħallas is-somma ta’ 30,000 biex il-ħabib tiegħu Melvin Theuma jingħata l-proklama.

Cutajar qal ukoll li l-Pulizija kellha żewġ għażliet fil-konfront ta’ maħfra Presidenzjali għal Melvin Theuma. Dik li ma tagħtihx il-maħfra u tibqa’ tinvestigah f’każ li ma kienx hemm informazzjoni pertinenti fuq il-qtil. jew li tagħtih il-maħfra u mbagħad il-Pulizija ma tkunx tista’ takkużah b’ħasil tal-flus.

Id-difiża talbet lill-Qorti biex jinstemgħu t-tapes. L-avukat Mercieca staqsa jekk fil-Qorti jistax jinstema’ tape 2 u vuċi numru 2. Ix-xhieda ta’ Cutajar kienet sospiża għal ftit minuti mill-Qorti fejn huwa ngħata l-parir li ma jikkonsultax mal-midja hu ntbagħat jistenna barra l-awla.

Il-Qorti laqgħet it-talba biex jinstemgħu r-recordings imma bil-magħluq biex persuni li jistgħu jissemmew u li m’għandhomx x’jaqsamu mal-każ ma jkunux żvelati.

Fil-bidu tax-xhieda tiegħu l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, li kellu miegħu lill-Avukat Ezekial Psaila, meta muri kkonferma d-dokument bħala l-proklama ta’ Melvin Theuma u li magħha hemm il-firma tiegħu.

Mistoqsi kif wasal għall-konklużjoni biex tingħata l-maħfra lil Melvin Theuma qal li dan wara li nstemgħu r-recordings. Tenna li Theuma kien ġiet arrestat fl-14 ta’ Novembru 2019. Kienu tkellmu off the record l-għada li kien arrestat, għalkemm mhux ċert mija fil-mija fuq id-dati.

Qal li l-investigaturi kienu tkellmu mal-avukati ta’ Theuma. Kien hemm xi punti li ma kienux qed jaqblu fuqhom. Waħda minnhom kienet li jekk il-proklama ma tingħatax ma jiġix investigat u li jekk tingħata l-proklama anke membri tal-familja tiegħu ma jiġux investigati fuq ħasil ta’ flus.

Dwar x’għamel u jekk iltaqax ma’ xi ħadd mill-aħħar seduta ‘l hawn, Cutajar qal li l-persuni li ordnatlu l-Qorti biex ma jkellimhomx , hekk għamel u ma kellem lil ħadd.

Qal li kien ikun ħafna d-dar u ġieli mar il-club tal-Inter u ma mar imkien iżjed. Ikkonferma iżda li raha l-aħbarijiet għax ukoll ma kellux ordni mill-Qorti biex ma jagħmilx dan.

Fuq it-tipi ta’ domandi li kienet qed tagħmel id-difiża l-Qorti qalet li dawn mhux permessibbli. Ix-xhud sostna wkoll li qabel ta l-parir fuq il-proklama kellem lill-investigaturi u lill-Avukat Ġenerali. Qal li ma kienx involut fir-rapport aħħari dwar min għandu jieħu l-proklama.

Fuq aktar mistoqsijiet pertinenti tad-difiża, x-xhud qal li hu ma jagħtix proklami. Qal li kellem lil l-Ispetturi Keith Arnaud lill-Avukat Ġenerali Peter Grech u lill-Avukat Philip Galea Farrugia mill-istess uffiċċju dwar il-maħfra.

Ix-xhud qal li ġieli kien jitkellmu mal-investigaturi b’mod informali fuq l-investigazzjoni u l-proklama. Qabel il-15 ta’ Novembru wkoll huwa dejjem tkellem mal-investigaturi u anke kien preżenti f’laqgħat fl-uffiċċju tal-Prim Ministru fuq proklami oħrajn.

Tenna li beda jsir ir-recordings f’idejhom meta sar l-arrest bdew jitkellmu fuq l-proklama. Qal li kien Melvin Theuma li talab għall-proklama wara li ġie arrestat.

Cutajar qal li t-tapes ta’ Melvin Theuma qatt ma kienu f’idejh u meta nfetħu ma kienx preżenti u lanqas semagħhom. Qal li Theuma talab proklama u staqsewh li jrid jikkonferma l-kontenut tat-tapes u hu talab memorandum of understanding u milli jidher ma kienx qed jafda lill-Pulizija.

“Melvin Theuma ħaseb li qed niġbru nformazzjoni mnn għandu biex nieħdulu mir-rasu. Huwa ried kollox bil-kitba u b’ kundizzjonijiet, tnejn li għamel hu”, qal ix-xhud li tenna li wara iżda l-invetigaturi bdew jisimgħu r-recordings. Saħaq li lil Mevin Theuma qatt ma kellmu waħdu.

Kompla jgħid li qabel l-14 ta’ Novembru kien involut f’laqgħat f’Kastilja fejn kien ikun hemm preżenti l-Prim Ministru, Keith Schembru u l-Avukat Ġenerali, dan dejjem fuq l-investigazzjonijiet .

Ir-rapport tal-proklama għamluh mill-A saż-Z l-nvestigaturi u li huwa qatt ma daħal fiha. Kien l-Avukat Ġenerali li għamel l-abbozz tal-proklama u jiftakar li dan kien mar hu l-uffiċċju tiegħu.

Qal li kif tlesta ir-rapoport tal-investigaturi l-proklama ngħatat fil-25 ta’ Novembru 2019. Wara rapport tal-investigaturi sar abbozz mill-Avukat Ġenerali u nħarġet il-proklama. L-Avukat kien mar l-uffiċċju tiegħu għal firma, ftit ġranet qabel ħarġet il-proklama.

Hawn id-difiża talbet lil Cutajar jgħid fhiex jikkonsisti t-tieni paragrafu tal-proklama. Huwa qal li Melvin Theuma għandu jikkopera fl-investigazzjoni u jagħti nformazzjoni attentibbli, kredibbli u veritiera dwar il-każ.

Dwar jekk kienx hemm xi ħadd ieħor preżenti mal-Ispetturi u l-Avukat Ġenerali fl-aħħar laqa’ qabel ingħatat il-proklama, qal li jidhirlu li kien hemm id-Deputat Kummissarju Ian Abdilla.

Ix-xhud qal li ġieli kien preżenti waqt li Theuma kien qed ikun qed jiġi nvestigat, imma mhux dejjem seħħ dan u li qatt ma kien involut b’mod dirett fl-investigazzjoni.

Qal li d-diskussjoni ma’ Melvin Theuma fuq il-proklama damet bejn sagħtejn u tlieta bil-ġist ikun li jrid jgħid il-verità kollha. Beda jagħtina dettalji off the record u li jekk dawn jiġu verifikati jingħata l-proklama. Meta bdiet issir l-istqarrija u jinstemgħu t-tapes qal li hu ma kienx hemm.

Mistoqsi jekk kif wara sagħtejn jew tlieta ħarġet il-proklama u kif ġiet konkluża, qal li kkonkludewha l-investigaturi u mhux hu. L-informazzjoni li kellu off the record qal ix-xhud ma jidhrix li għandu jgħidu, kif wara kollox iddeċidiet il-Qorti.

Cutajar qal li ddeċieda li jiffirma l-proklama meta kellu l-informazzjoni kollha mingħand l-investigaturi. “Biex inkun ċar Theuma ma talabx il-proklama lili, imma meta ġie arrestat”, qal ix-xhud. Huwa kien ġie arrestat mill-Ispettur Nicholas Vella mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Frodi u li hu ma kienx preżenti.

Qal li ħadd ma kien qallu li meta Melvin Theuma kien ġie arrestat li talab għalih biex jiltaqa’ miegħu (Lawrence Cutajar). Jiftakar iżda li Theuma kien talab għall-avukati u dan jafu għax kien infurmat, li kien talab għal ċertu tip ta’ avukati.

Cutajar qal li Theuma kien talab għal Simon Busuttil, Jason Azzopardi, Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami u ma jafx għal liema raġuni li ried bilors avukat mill-kamp Nazzjonalista.

Ix-xhud involva ruħu meta fil-15 ta’ Novembru ġabulu lil Melvin Theuma l-uffiċċju. Qal li probabbli kien Arnaud li qallu li Melvin Theuma ried proklama għax l-aktar li ltaqa’ u tkellem fuq l-investigazzjoni kienet miegħu.

Dwar Edwin Brincat “Il-Ġojja” qal li kien mar għandu f’Mejju 2019 u mar ikellmu fuq ċitazzjoni u kien inkwetat li l-akkuża kienet titlob li jekk jinstab ħati kien se jitlef il-liċenzja meta hu jaħdem bil-karozzi. Hu kien qallu li ma kienx hu li wettaq ir-reat li kellmu fuqu.

Qal li kien ilu jafu xi 20 sena u dan meta kien Spettur iż-Żejtun u Birżebbuġa meta kellu xi sehem fil-piċċ tal-boċċi Wied il-Buni, f’Birżebbuġa u kien imur ma’ Pulizija oħra. Qal li għadda ż-żmien u dam ma jarah u f’Settembru tas-sena 2000 sar Supretendent Ħal-Qormi u kien imur il-korsa tal-Marsa u li Brincat kellu ħanut tal-betting.

Cutajar qal li kien jaf lil Melvin Thuema mill-wiċċ għax dan kien ikun ma’ Brincat. Qal li hu għamel tmien snin il-Marsa u xi ħaġa kien jaf. Fuq l-eżistenza tat-tapes kien jaf xi xhur qabel. Kien hemm xu suspett li minbarra d-devices li kellhom il-Pulizija, kien hemm oħrajn magħmlula minn Melvin Theuma fuq xi nies.

“Mhux kulħadd kien qed jaqbel mat-triq li nimxu mar-recordings u jekk ma nsibuhomx immorru għal pjan B, dik jew ninvestigaw lil Theuma fuq ħasil ta’ flus. Li kieku ma kienx hemm it-tapes xorta waħda Theuma kien se jitressaq fuq ħasil ta’ flus” qal ix-xhud.

Iltaqa’ mal-“Ġojja” biex jipprova jieħu nformazzjoni

“Dwar is-suspett li kellna fuq it-tapes dan kien fil-bidu tal-2019”. Dwar Brincat “il-Ġojja’ qal li ma jidhirlux li kien ċempillu qabel u qabad u mar għandu d-dar, għax hu kull min imur għandu jiftaħlu. Apparti ċ-ċitazzjoni tkellmu fuq futbol u dak il-ħin iddeċieda li jieħu l-opporunità u jistaqsih fejn qegħdin ir-recordings.

Wara kien kellem dwar dan lill-investigaturi u lill-Avukat Ġenerali. Qal li ma ddiskutiex il-ħsieb tal-proklama u li ma kienux issemmew xi flus. Dwar iċ-ċans li ħa qal li staqsa lil Brincat jekk jafx dwar pusses ta’ recordings ta’ Melvin Theuma jew jekk jafx fejn qegħdin.

Qal li staqsih ‘point blank’ fuq ir-recordings. U dan wieġbu li ma kellux idea fuq xhiex qed jitkellem. Ħaseb li lil Melvin Theuma, Brincat kien se jistaqsih xi ħaġa.

Tenna li hu kellu n-numru tiegħu u pprova jaqbdu imma Brincat dejjem evitah. Baqa’ jsus għall-informazzjoni imma Brincat kien jgħidlu li qatt ma ġietu l-opporunità li jkellem lil Melvin Theuma.

Qal li kien mar għandu d-dar għat-tieni darba imma ma taħx informazzjoni xorta. U qal li t-tieni darba ma kellux għalfejn jinforma lil ħadd. Dwar ir-recordings huwa qal li sal-lum il-ġurnata ma semax ir-recordings u li kien fis-16 ta’ Jannar li għadda li spiċċa minn Kummissarju tal-Pulizija wara li rreżenja. Qal li dejjem kellu rwol minimu fl-investigazzjoni.

Fil-messaġġi li kien jibgħat lil Brincat, kien jgħidlu kliem bħal ‘niltaqgħu’. U dan dejjem dwar ir-recordings u baqa’ jiffittah biex jiġbor xi nformazzjoni għax qatt ma’ qallu li ma kienx se jistaqsi lil Melvin Theuma dwar ir-recordings.

Fuq jekk għaddewx flus għall-proklama u jekk xi ħadd, ix-xhud qal hekk fil-konfront tiegħu, jew ikun qed jibblaffja jew qed jigdeb. Huwa kkwota xhieda ta’ Melvin Theuma fil-konfront tiegħu li kien tenna li kien qed jibblaffja meta kien isemmi lill-Kummissarju.

“Qatt għaddielek xi flus il-Ġojja, meta kellu n-negozju Birżebbuġa”, staqsa l-avukat Mercieca – ‘din bis-serjetà’ wieġeb l-eks Kummissarju, u qallu li dan kien kollu diskors għall-media – għal titlu tajjeb fil-ġurnali.

Hawn l-avukat Mercieca qal li x-xhud kien qed għaddi kummenti bla bażi fuqu u hawn huwa ġie mwissi mill-Qorti. Fuq mistoqsijiet li l-Prosekuzzjoni pprovdiet provi li huwa ħa l-flus biex tingħata l-proklama. ix-xhud ċaħad bil-qawwa kollha. Kien hawn li d-difiża talbet li jinstemgħu t-tapes.

Id-difiża tinsab imħassba fuq dak li ġara lil Melvin Theuma it-Tlieta filgħaxija

Id-difiża ta’ Yorgen Fenech qalet li tinsab imħassba dwar dak li ġara lil Melvin Theuma tard il-bieraħ filgħaxija fid-dawl tal-fatt li jinsab jiġġieled għal ħajtu meta suppost jinsab taħt sorveljanza għal 24 siegħa sħaħ.

Id-difża qalet li tinsab inkwetata li dan ġara lejliet il-kumpilazzjoni tal-lum fejn kellha tiġi preżentata l-proklama u l-fatt li kien hemm recording tal-Qorti li kien imħassar. Qalet li għandha ssir inkjesta fuq dak li ġara l-bieraħ.

L-Avukat Jason Azzopardi f’isem il-familja Caruana Galizia qal li hija gidba li ġew imħassra xi files u qabel ma’ dak li kien reġistrat mill-Ispettur Kurt Zahra, f’isem il-Prosekuzzjoni.

Qal li mhux talli kien hemm xi files imħassra mill-hard drive, anzi id-difiża kellha aċċess għal dawn il-files u setgħet tagħmel id-domandi dwarhom. F’ħafna mill-ħinijiet kien hemm battibekki bejn id-difiża u l-Prosekuzzjoni, bid-difiża tgħaddi kummenti bħal, ‘jaqaw l-Avukat Ġenerali ta’ ordni ta’ go slow fuq dan il-każ’, bil-Qorti twissi biex jieqdu dawn il-kummenti.

Minn naħa tiegħu l-Ispettur Kurt Zahra f’isem il-Prosekuzzjoni qalet li hija ħarket lis-Supretendent Galea Scanura li kellu kuntatt mal-Europol, li bagħtu spjegazzjoni minn min għamel ix-xogħol fuq dawn ir-recordings u kif jistgħu jiġu aċċessati. Dwar inkjesta qal fuq dak li ġara l-bieraħ fis-Swieqi ssejjħet inkjesta Maġisterjali.

Sadanittant fuq ordni tal-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello illum l-Ispettur Zahra esebixxa l-proklama mogħtija lil Melvin Fenech, is-sensar fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Zahra qal li dik il-parti tal-proklama li hija mgħottija, hija dwar każijiet oħra li Theuma se jitkellem dwarhom u li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ dan il-każ.

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar xehed illum fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Id-difiża qed tallega li Edwin Brincat magħruf bħala “Il-Ġojja” ħallas is-somma ta’ ‎30,000 biex sieħbu Melvin Theuma jingħata l-proklama.

L-ewwel xhud kien Alvin Cardona biex jispjega kif għamel il-kopja forma ta’ data u x’għamel fuq il-hard drive. Qal li qabbad il-hard drive mal-laptop tiegħu u raha li din ma titbagħbasx u għamel ‘copy and post’ u għaddiha lil kulħadd.

Fuq mistoqsija tal-Qorti qal li għamel kopji ta’ folders kollha li kien ġie mitlub li jagħmel. Qal li huwa mexa biss billi għamel xi kopji li ġew mill-Europol. Huwa qal li mhxu minnu li kien missing file jew recordings.

Qal li l-Europol użaw żewġ softwares. Dawn għandhom diversi metodi kif taċċessa għalihom u hemm programm kif tista’ tagħmilha b’mod faċli u spedit.

Li semma’ hu dwar kif wieħed jista’ jaqra dawn it-tipi ta’ files. Tenna li b’software wieħed ma jistax jaċċedihom, imma bi tnejn dawn jista’ jkun hemm aċċess għalih. Bil-permess tal-Qorti kellu aċċess għal dan il-hard drive.

Kompla jgħid li dawn il-files li jispiċċaw bl-extensions e01 tista’ tuża software bħal pend drive u tista’ tara l-kontenut kollha. L-oħrajn trid tuża’ sistema oħra.

Fuq il-folder li ma ħadimx il-Qorti qal li kellu juża sofware differenti. Tenna li xorta wieħed jista’ jaċċessah b’mod faċli. Sostna li dan il-hard drive qatt ma ġie f’idejh. Qal li jista’ ġara li meta l-partijiet aċċessaw ir-recordings, jista’ joħloq files oħrajn.

I-xhud ikkonferma dak li qalet il-Qorti li l-aċċess huwa skont x’files tiftaħ. Is-software li nkludew il-Europol jaħdem b’sistema partikolari, imma dan ir-recording ma sarx b’dan il-mod. Kien hemm numru ta’ recordings minn dawn.

Dan il-folder partikolari mhemmx instructions fuq il-hard drive kif wieħed jista’ jaċċedih. Qal li dawn il-files jistgħu jkunu edited. Oriġinarjament meta l-Qorti talbitu l-folders, huwa kkupjahom. Qal li ma fetaħ l-ebda minnhom u lanqas jekk dawn kienux qed jaħdem. Għamel dak li talbitu l-Qorti, qal ix-xhud.

Qal li ma ġiex mitlub biex jara jekk folders jistgħux jinfetħu jew le u reġa saħaq li x-xogħol li għamel kien biss dak li nkarigatu jagħmel il-Qorti. Tenna li mal-Europol ma’ kellu l-ebda kuntatt. Fin-nomina l-Qorti kienet tagħtu lista ta’ folders u x’għandu jikkopja.

Qal li ma sarx copy u paste ta’ kollox. Jekk kien hemm 50 folder u l-Qorti talbitu sitta, għamel dak li ngħad lilu jagħmel u mhux jeskludu kienx hemm folders oħra. “Jien dejjem għamilt dak li qaltli l-Qorti”, sostna Cardona.

Reġa’ saħaq li waqt li qed jikkopja ma ċċekkja xejn u wara mal-Ispettur Keith Arnaud rajna wieħed minnhom biex naraw hux jaħdem u qed jinstema’.

Wara kien imiss li jitkompla l-kontro-eżami tal-Ispettur Keith Arnaud qal li l-mobile ta’ Yorgen Fenech jinsab għand l-esperti tal-Europol x’aktarx f’The Hague wara li kien ġie fotografat fuq il-post minn naħa tal-forensika.

Ix-xhud qal li qatt ma kellu kuntatt ma’ dawn l-esperti tal-Europol. Qal li kien hemm minnhom li tqabbdu persuni tal-Europol li ħadmu magħhom u l-esperti kienu differenti. L-esperti huma ndiviswi oħra u mhux dawk li ħadmu mal-Pulizija Maltija.

Huwa li d-data tal-mobile ta’ Yorgen Fenech ġiet estratta u qiegħda f’hard drive u qed tiġi annaliżata minn Task Force u li miegħu ma ġabx informazzjoni dwar min huma n-nies fit-task force. Tenna li ma kkomunikax fuq l-informazzjoni dwar data fuq il-moble. Qal li kien hemm xi devices li ġiet estratta wara u vera li qiegħda għand il-Pulizija.

Persentaġġ minnha kienet għand il-Pulizija f’Diċembru tal-2019 u kien fehem li dik kienet l-informazzjoni, imma li ġara fi żmien tal-COVID 19 kienu għamlu parti oħra. Ma jafx qal allura bid-data kollha.

Il-membri tat-task force aktar minn analiżi qed jagħmlu tagging u dawn permezz ta’ timijiet differenti u magħhom Pulizija mid-dipartiment tal-omiċidiji.

Qal li fit-task force hemm 12-il persuna f’irwoli differenti. Minn dawn il-persuni mhux kulħadd għandu aċċess. Għandhom aċċess għad-data żewġ persuni differenti. Il-Maġistrat Montebello qalet li nutli jibqgħu jippersistu dawn id-domandi, għax dan it-tagħrif jinsab kollu fil-process verbal.

Dwar l-informazzjoni li mhijiex għand id-difiża u lil Yorgen Fenech qal li l-informazzjoni għadha għand l-esperti u dan għax qed issir investigazzjoni mhux biss fuq il-mobile ta’ Yorgen Fenech….u qal li jekk tgħaddi xi nformazzjoni tista’ tippreġudika l-każ.

Fuq mistoqsija tad-difiża dwar meta se jkollu aċċess għall-mobajl tiegħu Yorgen Fenech, ix-xhud qal jiddependi xi nformazzjoni. Ix-xhud qal li biex jagħmel dan irid ikollu awtoriżazzjoni mill-Qorti.

Dwar min qed jinvestiga lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, l-Qorti qalet lix-xhud biex ma jwieġibx domandi bħal dawn lid-difiża, jaf jew ma jafx qalet li m’għandhomx jissemmew individwi.

Wara li waqfet ix-xhieda ta’ Yorgen Fenech, l-Avukati tal-akkużat talbu lill-Qorti biex tordna lil Arnaud biex jippreżenta l-informazzjoni dwar id-data tal-mobile ta’ Yorgen Fenech. Qal li anke fil-Qrati Ngliżi kull prova trid tingħata u dan għax il-Prosekuzzjoni u l-Avukat Ġenerali għandu jġib il-provi jemm favur u kemm kontra l-akkużat.

L-Avukat Philip Galea Farrugia qal li meta jkun għadha għaddejja nvestigazzjoni mhux possibbli u aktar u aktar jekk issir, mhux quddiem din il-Qorti, imma fil-Qorti ta’ Inkjesta li qed issir quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.

L-Ispettur Arnaud qal li t-talba tad-Difiża ma tagħmilx sens, peress li jekk ma tingħatax din l-informazzjoni issa, dan ma jfissirx li Fenech mhux se jkollu smigħ ġust għax eventwalment dawn se jiġu preżentati.

Il-Qorti qalet li dwar dan se tieħu deċiżjoni kameralment fi stadju aktar il-quddiem fuq it-talba tad-difiża li qalet li nformazzjoni fuq il-mobajl ta’ Yorgen Fenech huwa ferm importanti għaliha.

Fl-aħħar seduta fil-kumpilazzjoni ta Fenech li jinsab mixli li kien il-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista,  l-Ispettur Keith Arnaud kien qal li fuq parir tal-Avukat Ġenerali huwa ma ġabx miegħu l-proklama li ngħatat lil Melvin Theuma.

L-Avukat Charles Mercieca li flimkien mal-Avukati Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran qegħdin jidhru għal Fenech kien qal lill-Qorti, bħala prova din għandha tiġi provduta.

Proklama dejjem ġiet preżentata u dan biex Theuma jixhed abbażi tal-proklama, għax din hija prova mportanti peress li dan ikun kontrollat ikkontendiet id-difiża.

Il-Qorti kienet laqgħet din it-talba. Melvin Theuma kellu jiġi mistoqsi fuq il-proklama li biex fi kliem id-difiża jiċċekkjaw jekk ix-xhud huwiex jgħid il-verità kollha.

Madankollu minħabba l-inċident li seħħ tard il-bieraħ filgħaxja fejn Melvin Theuma ta’ 42 sena minn Birkirkara jinsab jiġġieled għal ħajtu l-isptar, dan mhux mistenni jkun possibbli llum.

Kellhom jsiru domandi wkoll fuq xi tapes li ma nstabux li skont id-difiża, Thema kien irrekkordja aktar persuni mit-tnejn imsemmija, jiġifieri Yorgen Fenech u Johann Cremona, xi ħaġa li Theuma dejjem ċaħad.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. Yorgen Fenech qed iwieġeb mhux ħati li kien kompliċi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u li ppomova jew iffinanzja attività jew organiżazzjoni kriminali biex iwettaq reat. Jekk jinstab ħati wara li jgħaddi ġuri, huwa jista’ jiġi kkundannat għal għomru l-ħabs.

Caruana Galizia kienet inqatlet permezz ta’ karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru, 2017 viċin id-dar tagħha fil-Bidnija. Vince Muscat, magħruf bħala il-Koħħu, George Degiorgio, magħruf bħala iċ-Ċiniz u ħuh Alfred Degiorgio, magħruf bħalaa il-Fulu, huma akkużati li poġġew il-bomba taħt is-seat, in-naħa ta’ fejn hija ssuq.

L-Avukati Philip Galea Farrugia u Nadia Attard qegħdin jidhru f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Matthew Brincat u Kathleen Grima qegħdin jassistu lil Melvin Theuma. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.