Melvin Theuma iddaħħal l-isptar mitluf minn sensih. Kellu ferita fonda f’għonqu. Kellu wkoll ferita f’ġenbu.
Dawn id-dettalji kollha jaslu mill-isptar hekk kif fis-sigħat ta’ bil-lejl saret operazzjoni urġenti fuq il-middleman.
L-istess sorsi qalulna li fl-isptar daħlu ħafna uffiċjali tal-Pulizija, inkluż membri tal-RIU armati. Fuq barra tal-isptar ukoll, sigurtà stretta.

Mhux ċar jekk il-Pulizija sa dan il-ħin stabilixxietx l-arma li intużat.
Mhux ċar lanqas jekk l-investigaturi humiex jimxu mat-teżi biss li kien attentat ta’ suwiċidju mill-middleman.