Lokali Parlament

Il-gvern ma jerfax ir-responsabbiltà għall-każ ta’ Melvin Theuma

Il-gvern llejla ma refax ir-responsabbiltà għall-fatt li Melvin Theuma, ix-xhud ewleini fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jinsab f’qagħda kritika wara li sofra feriti gravi f’dak li l-pulizija qed issejjaħlu suwiċidju.

Kien il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri li minflok għamel stqarrija ministerjali dwr il-każ għamel biss dikjarazzjoni qasira li ġabet ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppoizzjoni u tal-PN Adrian Delia u tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li lbieraħ filgħaxija tal-9.45 pm kien riċieva telefonata dwar Melvin Theuma il-pulizija għamelt stqarrija u konferenza tal-aħbarijiet. L-informazzjoni li għandu l-gvern hi dik li kienet komunikata mill-pulizija f’din il-kwistjoni ta’ importanza nazzjonali. Hu qla li l-pulizija qed tinvestiga u għalhekk il-politiċi għandhom ifittxu l-verità.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li jifhem il-mument drammatiku li l-pajjiż jinsab fih għal darb’oħra; dan hu mument traġiku Dak li qalu l-pulizija issa ilu siegħat u għalhekk staqsa jekk kienx hemm xi żviluppi dwar xi spekulazzjoni dwar jekk il-każ kienx attentat jew le.

Hu staqsa wkoll jekk lil hinn mill-interventi mediċi u tal-pulizija jekk hemmx investigazzjoni mal-kawteli kollha li l-pulizija suppost ħadu dwar protezzjoni ta’ kull mod; kemm estrena, provata għal xi ħadd li hu xhud importantissimu fl-aktar proċess li hu importanti f’sens nazzjonali, ġuridiku u poltiiku. S’issa dak li nstema’ hu biss rakkont ta’ fatti.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-Ministru tal-Intern kien responsabbli li dak li seħħ ilbieraħ ma jseħħx. Minħabba l-inkompetenza tiegħek l-aktar xhud importanti qed imut; kemm jekk suwiċidju kif ukoll attentat, sostna Fenech Adami, li sostna li dak li seħħ ilbieraħ ma jseħħ qatt.

F’pajjiż diċenti u normali xi ħadd irid jerfa’ r-responsabbiltà politika; din għandha tintrefa mill-Ministru għall-Intern. L-aktar każ importanti fl-aħħar 50 sena ġie preġudikat, sostna Fenech Adami.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li l-interess tiegħu hi l-verità u għalhekk mhux se jkun partiġġjan. Hu qal li m’għandux iktar informazzjoni minn dak li ta l-Kummissarju tal-Pulizija u kompla li se jħalli l-investigazzjonijiet jaħdmu.