Ninsabu impenjati sabiex inkomplu nedukaw lill-konsumatur bil-għan li uliedna jkollhom ambjent aħjar milli sibnieh aħna.
Dan qaluh id-Diretturi tal-kumpanija Maypole illi f’konferenza tal-aħbarijiet ħabbru li qed jikkommettu ruħhom sabiex f’temp ta’ sena jeliminaw aktar minn miljun u nofs borża tal-plastik.
Il-familja Debono spjegat li mill-Erbgħa 22 ta’ Lulju, il-ħobża tal-Malti ser tkun qed tinbiegħ mill-hwienet tagħhom f’borża tal-karti u mhux f’dik tal-plastik. Dan għaliex jemmnu li dan il-pass hu neċessarju għall-ġid tas-soċjetà Maltija.
Huma spjegaw li din mhux l-ewwel inizjattiva tal-kumpanija Maypole favur ambjent aħjar.
Fix-xhur li għaddew twettaq investiment qawwi fejn fost oħrajn għandu x’jaqsam separazzjoni tal-iskart kemm fil-fabbrika kif ukoll fil-ħwienet, u inizjattivi żgħar oħra li jissarfu fi frankar ta’ 200 tunnellata ta’ karbonju fl-arja fis-sena.
//= $special ?>