Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jiċħad stejjer ippubblikati minn LovinMalta u MaltaToday

Il-Partit Nazzjonalista jiċħad bl-aktar mod kategoriku l-istejjer ta’ LovinMalta  u MaltaToday fejn ingħad li s-Sur Gejtu Vella kellu ‘argument jaħraq mal-Kap tal-PN Adrian Delia f’telefonata bejniethom’, liema ‘argument jaħraq’ kien il-kaġun ‘tar-riżenja tas-Sur Vella minn din il-Kummissjoni’.

Il-Partit Nazzjonalista kkonferma dan stess mas-Sur Gejtu Vella eżatt kif Lovin Malta u MaltaToday ppubblikaw din l-istorja. Mhux veru li Adrian Delia u Gejtu Vella kellhom xi jgħidu. L-istorja li tgħid hekk hija gidba assoluta.

Din hi kalunja minn naħa ta’ Lovin Malta u MaltaToday f’sensiela ta’ stejjer foloz intiżi biss biex jippruvaw ipoġġu lil Adrian Delia u lill-Partit Nazzjonalista f’dawl ikrah.

Din l-istqarrija qed tintbagħat lil Lovin Malta u MaltaToday b’talba biex tixxandar bħala dritt għar-risposta, fl-intier tagħha, b’mod immedjat, u tiġi rtirata l-istorja gidba ta’ Lovin Malta kif ukoll ta’ MaltaToday. Dan skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Istampa u l-ħtiġijiet taħt l-Att dwar ix-Xandir.