Lokali Parlament

Il-protezzjoni tat-tfal u l-persuni vulnerabbli hi prijorità

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal fil-parlament li l-protezzjoni tat-tfal u l-persuni vulnerabbli hi prijorità.

David Agius qal li l-aċċess għall-qrati hu importanti biex ikun hemm ġustizzja soċjali; l-aktar għall-iktar persuni vulnerabbli, it-tfal u l-persuni b’żdiżabbiltà. Il-proċeduri fil-qrati huma mumenti diffiċli u għalhekk dawn il-minuri għandhom ikunu protetti.

Il-pożizjzoni tta-tfal taqbel mal-prinċipji tal-PN; il-familji iktar sodi jsaħħu l-pedamenti tas-soċjetà iżda jeħtieġ li jsir iktar biex il-protezzjoni tat-tfal tkun effettivia. L-ebda tifel jew tifla m’għandhom isofru ħsara.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-persuni vulnerabbli għandhom ikunu protetti fuq il-media, fil-ġlieda kontra l-bullying fl-iskejjel u r-rati ogħljin fl-obeżità. Hu sostna li t-tfal għanhdom jgħixu f’ambjent li jirrispetta d-drittijiet tagħhom u f’ambjent sigur waqt li jwieżen lill-ġenituri.

David Agius qal li l-liġi għandha tagħti l-istabbiltà lit-tfal u hu pożittiv li hemm dritt tal-appell f’kull stadju tal-proċess. Hu kompla li ma kienx hemm riforma fil-ħruġ ta’ ordnijiet tal-protezzjoni u qal li hu ta’ tħassib li tfal li jinaħrġu mid-djar tal-familji jistgħu jqattgħu sa 12-il ġimgħa jistennew id-deċiżjoni.

Hu sostna li d-dritijiet tat-tfal għandhom ikunu prominenti biex dawn jimxu ‘il quddiem fil-ħajja tagħhom. L-Oppożizzjoni tappoġġja dawn il-liġijiet u se tivvota favur, sostna David Agius.