In-numru ta’ vetturi fit-toroq Maltin naqas.
Rapport maħruġ mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li fit-tieni kwart tas-sena, fil-perjodu bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju l-ammont ta’ vetturi liċenzjati naqas b’1,978.
Sal-aħħar tax-xahar ta’ Ġunju l-ammont ta’ vetturi liċenzjati kien jammonta għal 395, 413 – b’76.9% kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.9% vetturi kummerċjali u 8.1% muturi.
Dan filwaqt li l-vetturi liċenzjati ġodda tul dawn it-3 xhur kienu jammontaw għal 2, 157 – bi ftit inqas minn 59% ikunu karozzi tal-passiġġieri. Tul dan il-perjodu kien hemm medja ta’ 40 vetturi liċenzjata ġdida kuljum.
//= $special ?>