Lokali Parlament

Malta se tieħu l-istess ammont nett li ħadet fl-2013 mill-UE

Ritratt: Matthew Tabone

Meta jkun ikkunsidrat dak li se ddaħħal u dak li issa se toħroġ għall-budget tal-UE, jirriżulta li Malta se tieħu l-istess ammont li tkun ħadet fl-2013 mill-fondi tal-UE.

Wara stqarrija tal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-politika tal-PN favur sħubija fl-UE wasslet biex jinkisbu fondi meħtieġa għall-iżvilupp tal-pajjiż. Malta qed tikkontribwixxi d-doppju għal dak li kienet tikkontribwxxi qabel u għalhekk Malta baqgħet fis-sitwazzjoni li kienet fil-pakkett preċedenti. L-ewwel parti hi allokazzjoni għall-Ewropa kollha u għalhekk meta jitnaqqas dak li qed indaħħlu u noħorġu; madwar €600 miljun ewro.

Adrian Delia qal li l-UE speċifikat kif se jintużaw il-fondi u tratta t-tibdil tal-klima. Tmien xhur ilu l-parlament u grupp ta’ żgħażagħ iddikjara li hawn emerġenza tal-klima; fl-aħħar seba’ xhur il-pajjiż, aġixxiex u m’hemm ebda inizjattiva li b’xi mod timpinġi fuq l-ambjent u bl-ebda mod ma tirrifletti li hemm emerġenza. Għall-ġenerazzjonijiet futuri, din se tkun ħajja jew mewt.

Is-saltan tad-dritt ma tinxtarax bil-flus għaliex l-ebda allokazzjoni ma tista’ tagħti l-konfront li fil-pajjiż hawn is-saltna tad-dritt. L-avvenimenti traġiċi ta’ ftit siegħat ilu jinftiehmu min-nies bħala affarijiet inkwetanti dwar f’hix wasal dan il-pajjiż.

Hu qal li l-pajjiż mhxu normali fejn ir-responsabbiltajiet mhux jintrefgħu. Il-PN lest jipparteċipa f’ħidma fuq l-abbozzi biex jissaħħu l-istrutturi; diġà tajna xhieda anki quddiem il-President fejn tressqu l-proposti. Iżda l-liġijiet weħidhom mhux se jagħmlu d-differenza.

Il-gvern ma kkorrompiex biss l-istituzzjonijiet iżda nawwar il-fibra ta’ soċjetà li saret taċċetta s-sitwazzjoni. Issa mhux il-partiti jikkmandaw iżda l-kriminalità liqed tiddetta kollox u nifdet kullimkien inkluż fi sturtturi fejn suppost il-ġustizzja qed issir. Hemm responsabbiltajiet politiċi ta’ komportament li f’pajjiżi normali li tintrefa.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li ċ-ċifra netta li nġiebet lejn il-pajjiż l-ammont hu fl-istess viċinanza ta’ €600 miljun. Irid ikun ikkunsidrat ukoll li s-€600 miljun ta’ 10 snin ifissru iktar mis-€600 miljun tal-lum. Hu staqsa lill-Prim Ministru dwar il-fond ta’ rikupru tal-COVID-19

Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li Malta trid toħroġ għall-budget tal-UE i’ejd minn €1.2 biljun. Għalhekk fl-2013 Malta tat €500 u issa se tagħti d-doppju u iktar lill-fond. B’kollox il-benefiċċju hu ta’ €600; daqs l-2013.

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco staqsa dwar ir-riferenza tad-digitial levy u x’forma din se jkollha. Dwar ir-Revised ETS, hu staqsa dwar il-pożizzjoni tal-gvern u dwar l-introduzzjoni ta’ financial tax.

Edwin Vassallo staqsa x’se jagħmel il-gvern biex jaċċerta li l-fondi għall-agrikoltura u sajd se jmorru għand il-bdiewa u r-raħħala għaliex dwn ma spiċċawx għandhom u ntużaw mill-gvern għal proġetti oħra. Hu staqsa kif il-gvern se jgħin lir-raħħala, l-bdiewa u s-sajjieda.

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono staqsiet jekk il-persentage ratio tal-pagamenti li se tħallsa Malta humiex iktar ogħlja mill-2013 u dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Hi staqsiet jekk il-gvern hux se jagħti iktar għajnuna lin-negozji żgħar u medji u lil dawk vulnerabbli.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li 30% mill-fondi jridu jmorru għal miżuri ambjentali u staqsa dwar il-pjani tal-gvern biex jirriforma l-ekonomija, fosthom l-introduzzjoni ta’ ċertu taxxa anki fuq il-plastic.

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici staqsa dwar kif kienet deċiżjoni l-allokazzjoni ta’ Malta u ta’ pajjiżi oħra. Hu staqsa wkoll dwar l-immigrazzjoni rregolari.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta se tkun ħadet iktar fondi netti mill-UE minn dak li ħadet fl-2013 u kompla li mhux se jkunu introdotti iktar taxxi. Jekk il-pajjiż se jħallas iktar għall-budget tal-UE jfisser li l-pajjiż ikun qed jiġġenera iktar ġid, sostna l-Prim Ministru.

Robert Abela qal li s-saltna tad-dritt kienet kruċjali biex ikunu allokati l-fondi u sostna li l-gvern hu kburi b’dak li l-pajjiż wettaq.