Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 27 sena residenti l-Mosta u li kienet qed issuq mutur weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku matul il-lejl.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15p.m. fi Triq il-Korp tal-Pijunieri u minn investigazzjonijiet preliminari mill-Pulizija tad-Distrett jirriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip KIA misjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur tat-tip Royal Enfield misjuq mill-mara ta’ 27 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma li ttieħdet l-Isptar Mater għal iktar kura. Iktar tard hi ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett qed tmexxi l-investigazzjonijiet.