Marc Marquez jidher li hu lest li jipprova jsuq il-mutur fil-provi liberi tal-Ġimgħa li ġej, tlett ijiem biss wara l-operazzjoni li għamel fi spalltu l-leminija. Is-sewwieq ta’ Honda jinsab konvint li jipprova minkejja li l-intervent sar ilbieraħ u ħafna qalu li se jkun impossibbli li jieħu sehem fit-tellieq
Honda għadhom ma tawx l-approvazzjoni għaliex f’każ li jerġa’ jweġġa’ l-istess pożizzjoni, jista’ jkun li l-kampjonat tiegħu jintemm. Id-deċiżjoni mistennija tittieħed fis-sigħat li ġejjin.
Marquez weġġa’ fl-ewwel tellieqa tal-istaġun il-Ħadd li għadda fiċ-ċirkwit ta’ Jerez. Iċ-champion tad-dinja kien l-ewwel tilef il-bilanċ iżda b’xi mod żamm il-kontrol tal-mutur. Wara li niżel fis-16-il post, Marquez wettaq rimonta kbira biex tela’ fit-tielet post sakemm tilef il-kontroll tal-mutur fl-istess kantuniera b’konsegwenza li din id-darba weġġa’ spalltu serjament.
//= $special ?>