Melvin Theuma, ix-xhud ewlieni fil-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Crauana Galizia, li wkoll ingħata maħfra mill-gvern biex jixhed fil-proċeduri legali kontra Yorgen Fenech, jinsab f’qagħda kritika iżda stabbli wara li l-lejl li għadda sofra ġrieħi gravi f’għonqu u żaqqu kaġunati minn dak li l-pulizija qalet li hu attentat ta’ suwiċidju.

Il-pożizzjoni ta’ Melvin Theuma wara dan l-attakk kienet trattta fil-parlament mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qd iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-Istat falla milli jipproteġi l-iktar xhud importanti fil-qtil ta’ Caruana Galizia u staqsa lill-Ministru tas-Saħħa biex jagħti dettalji dwr is-saħħa ta’ Melvin Theuma.

Il-Viċi-Prim Ministru Fearne wieġeb li kull persun għandha dritt li jkollha d-dettalji tagħha mħarsa iżda l-proofessjonisti tas-saħħa għamlu xogħlhom sew u li sa tliet siegħat ilu s-saħħa ta’ Melvin Theuma kienet f’qagħda kritika iżda stabbli. Hu awgura li Theuma jirkupra minn din is-istwazzjoni traġika biex ikompli jeżegwixxi r-rwol tiegħu fl-inkjesta.
//= $special ?>