Il-kowċ Stefano Pioli se jibqa’ kowċ ta’ Milan wara li ġedded il-kuntratt tal-klabb. It-Taljan kien mistenni jkun mibdul minn Ralf Rangnick li kien ilu f’diskussjonijiet ma’ Milan biex isir kowċ tat-tim u anki Direttur Sportiv l-istaġun li ġej.
Rappreżentant ta’ Rangnick ikkonferma lbieraħ li d-diskussjonijiet intemmu għaliex bħalissa mhux il-mument ġust filwaqt li r-riżultati taħt Pioli kienu determinanti biex ma ntlaħaqx ftehim.
Ftit wara, Milan ikkonfermaw li laħqu ftehim ma’ Pioli b’kuntratt sa Ġunju tal-2022. Minn kemm ilu li tkompla l-kampjonat wara l-Covid-19, Milan mhumiex megħluba f’għaxar logħbiet b’fosthom rebħiet kontra Juventus, Lazio u Roma. Dawn ir-riżultati fl-aħħar ġimgħat wasslu biex anki l-plejers tkellmu pubblikament favur Pioli. Milan bħalissa jinsabu fil-ħames post.
//= $special ?>