Lokali

“Rebħa għall-wirt ta’ San Ġiljan”

Ir-residenti Ġiljaniżi…. l-aktar dawk li jgħixu fil-qalba l-antika ta’ San Ġiljan… l-Erbgħa filgħodu setgħu jiċċelebreaw dik li huma qed iqisu bħala rebħa għall-lokalità tagħhom. Dan wara li l-Awtorità tal-Ippjanar iffijutat applikazzjoni għal żvilupp enormi f’waħda mill-aktar toroq dojoq ta’ San Ġiljan.

L-iżvilupp, li kellu jsir fit-Telgħa ta’ Birkirkara… żona antika b’binjiet ta’ żewġ sulari… kien se jsir f’żewġ fażijiet… u kien se jara, l-ewwel it-twaqqigħ ta’ dar antika ferm.. maħsuba li hija l-aktar waħda antika fiż-żona sabiex jingħata aċċess għall-binja… u mbagħad it-twaqqigħ ta binja oħra, ukoll wahda antika.

L-iżvilupp kellu jinkludi 57 appartament, ħwienet varji u uffiċini fuq medda ta’ art bejn Triq Sant Elija u t-Telgħa ta’ B’Kara.

Tul is-smigħ quddiem il-bord tal-Kummissjoni tal-Ippjanar, twassalfost l-oħrajn l-appell tas-Sindku ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg illi qal li l-approvazzjoni ta’ dan l-iżviluppp kien qed jgħid lill-Ġiljaniżi biex jitilqu minn pajjiżhom. Hu insista li din iż-żona hija prattikament l-aħħar waħda mhux mittiefsa mill-qalba ta’ San Ġiljan. Hu saħaq li ma jistax ikun li r-residenti jibgħu jitpoġġew l-aħħar u li l-policies tal-ippjanar jibqgħu jiġġebdu skont kif jaqlilna…. biex issa.. San Ġiljan bilkemm għadu jintgħaraf.

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għall-Ippjanar, Martin Camilleri… fil-preżentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummisjoni qal li l-iżvilupp.. kif propost.. imur kontra policies tal-ippjanar eżistenti u jistona mal-kumplament tal-bini f’din iż-żona.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha, Astrid Vella f’isem Flimkien għal Ambjent Aħjar irringrazzjat lill-Kummissjoni għad-deċizjoni li ħadet u ddeskrivietha bħala rebħa għall-protezzjoni tal-wirt ta’ pajjiżna.