Dak li ġara t-Tlieta bil-lejl fis-Swieqi xxokkja lil bosta. U l-fatt li Melvin Theuma spiċċa l-isptar jissielet għal ħajtu, żgur li hu żvilupp ta’ inkwiet kbir – partikolarment minħabba li dan huwa isem marbut mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Konxja mis-sensittività ta’ dak kollu li qed jiġri f’dawn is-sigħat, il-Pulizija għalqet għal kollox l-aċċess liberu mill-parkeġġ li hemm quddiem id-daħla tal-Emerġenza. Iz-zona ingħalqet b’tape tal-Pulizija, filwaqt li hemm preżenti żewġ units tal-RIU.
Illejla, tim mediku f’Mater Dei wettaq intervent urġenti biex isalva l-ħajja ta’ Melvin Theuma; il-middleman li mhux biss kien ingħata l-proklama iżda kien il-persuna li kixef ukoll il-famużi recordings sigrieti ta’ Yorgen Fenech.
//= $special ?>