Lokali

Theuma għandu “diversi daqqiet ta’ sikkina” fl-istonku – sorsi

“Jinsab f’kundizzjoni stabbli imma kritika, u għadu fil-periklu tal-mewt”.

Hekk qalulna diversi persuni mill-isptar li tkellmu ma’ Net News u li kkonfermaw il-kundizzjoni ta’ Melvin Theuma, il-middleman fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Is-sorsi tagħna qalulna li Theuma għandu “multiple stab wounds” fin-naħa t’isfel ta’ żaqqu.

Dan kien konfermat ftit tal-ħin ilu mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.