Lokali

Vettura tinħakem min-nirien fil-Fgura fi tmiem il-ġimgħa

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li fi tmiem il-ġimgħa karozza nħakmet min-nirien fil-Fgura.

Il-każ seħħ fl-4.20am tal-Ħadd, 19 ta’ Lulju, fi Triq il-Karmnu fejn uffiċjali tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa fil-post.

Filwaqt li fil-pront il-pumpiera kkontrollaw in-nirien jidher li l-vettura inkwistjoni hija tal-għamla Mercedes – li nqerdet għal kollox. Kawża tan-nirien sofrew xi ħsarat ukoll bieb ta’ residenza kif ukoll vettura oħra li kienet ipparkjata biswit il-karozza.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.