Ħaddiem barrani tilef ħajtu b’mod traġiku wara li kmieni dalgħodu spiċċa maqbuda taħt it-tifrik meta ċeda ħajt ta’ binja residenzjali f’Bormla. Il-każ seħħ fi Sqaq l-Erwieħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8:30am.
Il-ħajt hu parti minn proprjetà li fiha qed isir xogħol ta’ tħaffir.

Net News hu nfurmat li apparti l-vittma, kien hemm ukoll persuna oħra li ttieħdet l-isptar Mater Dei b’urġenza. Il-persuna tinsab fil-periklu tal-mewt.
Fil-post bħalissa hemm numru ta’ uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) kif ukoll Pulizija.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Charmaine Galea, filwaqt li numru ta’ persuni qed jiġu interrogati mill-Pulizija.
