Futbol Internazzjonali

Hackers jippruvaw jisirqu £1m minn klabb tal-futbol tal-Premier League Ingliż

Hackers pruvaw jisirqu £1m f’cyber attack fuq klabb tal-futbol tal-Premier League Ingliż.

Rapporti Internazzjonli qed jgħidu li dan l-attakk sar waqt li kienu għaddejjin negozji għal trasferiment ta’ plejer. Fost l-oħrajn ġie deskritt li dawn il-kriminali kellhom aċċess anki għall-emails ta’ dan il-klabb.

Intqal ukoll li klabb ieħor kien fil-mira ta’ numru ta’ attakki dan hekk kif numru ta’ kriminali kellhom aċċess li jwaqqfu l-funzjoni tas-CCTV fi grawnd partikolari.

In-National Cyber Security Centre għall-organizzazzjonijiet sportivi qal li kważi 70% tal-klabbs ewlenin tal-isport fir-Renju Unit isofru xi forma ta’ cyber attack ta’ kull sena. Perċentwali li fir-realtà huwa d-doppju ta’ dak li jsoffru negozji oħra.