Lokali

Il-Kunsill Ġenerali tal-PN se jiltaqa’ l-Ġimgħa 31 ta’ Lulju

Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li saret il-Ħamis filgħaxija, intlaħaq qbil unanimu fuq id-domanda li se titressaq quddiem il-Kunsillieri tal-partit.

Il-Kumitat Eżekuttiv iltaqa’ fuq talba tal-Kap tal-partit Adrian Delia biex tittieħed azzjoni konkreta biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni preżenti, u biex il-PN jkun jista’ jimxi ‘l quddiem fil-ħidma tiegħu b’risq pajjiżna. 

Fuq mozzjoni mressqa minn Adrian Delia ssekondata minn Michael Asciak, il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista se jintalbu jagħtu l-opinjoni tagħhom għad-domanda:Il-membri tal-Kunsill Ġenerali jiġu mitlub jagħżlu jekk it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista fil-Konvenzjoni Ġenerali għandhomx; Jikkonfermaw il-Kap tal-partit jew Jeleġġu Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kunsill Ġenerali tal-partit se jitlaqqa’ l-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2020 u l-votazzjoni se ssir l-għada s-Sibt l-1 ta’ Awwissu 2020.