Fuq talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, bħalissa qed jitlaqqa’ l-Kumitat Ezekuttiv tal-partit biex tkun diskussa “azzjoni konkreta”. Dan wara serje ta’ żviluppi li seħħew fl-aħħar ġimgħat.
Il-laqgħa fid-Dar Ċentrali bdiet għall-habta tas-7pm. Laqgħa li ssejħet skont l-artikolu 50 tal-iStatut tal-Partit.
Fl-aħħar jiem, Adrian Delia stqarr li sejjaħ dan l-Eżekttiv biex jipproponi azzjoni konkreta ħalli verament tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni preżenti fil-Partit Nazzjonalista.
Waqt intervista, ftit jiem wara li ssejħet il-laqgħa tal-lejla, il-Kap tal-PN tenna l-wegħda li dak li qed jagħmel u li se jagħmel, huwa kollu fl-aqwa interess tal-Partit.
Il-laqgħa qed titmexxa minn Ċensu Galea.
//= $special ?>

