Futbol Sport

Jasal f’pajjiżna l-eks gowlkiper Bruce Grobbelaar għal attività ta’ Liverpool f’Għawdex

Wara li lbieraħ iċċelebraw ir-rebħ tal-Premier League, għada Liverpool Supporters Club Gozo se jorganizzaw attività oħra. Il-mistieden speċjali se jkun l-eks gowlkiper leġġendarju Bruce Grobbelaar li wasal f’pajjiżna llum.

Il-partitarji kollha ta’ Liverpool huma mistiedna għal din l-attività fejn fost l-oħrajn se jkollhom l-opportunità li jieħdu ritratt ma’ Grobbelaar kif ukoll jiffirma xi memorabilja li jġibu magħhom.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jiġu fi tmiemhom bl-aħħar logħba tal-istaġun il-Ħadd li ġej. Il-konfront li Liverpool għandhom kontra Newcastle se jintwera b’mod dirett fis-supporters club fix-Xewkija.