Lokali

Kanzunetta Maltija dwar is-sena ta’ COVID-19

L-istaġun partikolari meqjus bħala bżonn ta' "nifs bejn mewġa u oħra."

Żewġ artisti Maltin nedew kanzunetta ġdida bl-isem ta’ “Nifs” li ddur ma’ din is-sena straordinarja ta’ COVID-19.

Il-grupp Mistura ħadmu fuq din id-diska b’tema sajfija biex jiddeskrivu dan l-istaġun partikolari meqjus bħala bżonn ta’ “nifs bejn mewġa u oħra.”

“Intqal ħafna dwar dak kollu li qiegħed jiġri madwarna din is-sena straordinarja, u aħna m’għandna xejn xi nżidu ħlief li forsi noħolqu ftit ironija mis-sitwazzjoni preżenti b’din il-kanzunetta li nisperaw li tintgħoġob,” qal il-grupp Mistura.

Wieħed jista’ jara l-kanzunetta f’din il-link:

Mistura ddebuttaw fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra. Mistura ħarġu żewġ studio albums li huma “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) u “Regħbus” (2018) flimkien ma’ album live ta’ kunċert fl-2016 bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa”.