Lazio assiguraw post fil-gruppi tal-UEFA Champions League għall-istaġun li ġej b’rebħa ta’ 2-1 fi Stadio Olimpico kontra Cagliari. Din se tkun l-ewwel darba mill-istaġun 2007/08 li Lazio se jikkompetu mal-aħħar 32 tal-akbar kompetizzjoni Ewropea.
Cagliari fetħu l-iskor qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt ta’ GIOVANNI SIMEONE li kien imxellef u għeleb lil Thomas Strakosha. Lazio ħarġu b’saħħithom fit-tieni taqsima u ġabu d-draw fis-47 minuta b’xutt sabiħ ta’ SERGEJ MILINKOVIC-SAVIC li spiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.
It-tim ta’ Simone Inzaghi skorja l-gowl tar-rebħa mas-siegħa logħob b’Luis Alberto jqassam vertikalment lejn CIRO IMMOBILE li antiċipa lil Alessio Cragno u skorja l-31 gowl fil-kampjonat.
//= $special ?>