Lokali Saħħa

Sejħa urġenti għad-demm

Wara għadd ta’ inċidenti li seħħew f’dawn l-aħħar jiem, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed javża li għandu bżonn urġenti ta’ kull tip ta’ demm, speċjalment demm tat-tip O positive.

Wieħed għandu jiżomm f’moħħu kemm hu importanti li l-Bank tad-Demm fl-Isptar Mater Dei, u l-Bank tad-Demm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikollhom riżerva tajba ta’ demm minn qabel iseħħ korriment jew aċċident.

Huwa importanti wkoll li meta jkun hemm dawn l-appelli l-pubbliku jirrispondi bi ħġaru biex ir-riżerva terġa’ titla’ malajr u s-Servizz tas-Saħħa f’kull waqt ikun lest għal dak kollu li jista’ jinqala’ bla mistenni.

Is-Servizz jixtieq jappella wkoll għal ħafna iktar pudenza fis-sewqan u attenzjoni massima għar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

L-għoti tad-demm għandu jsir kemm jista’ jkun malajr fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li bħal dejjem jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm. Il-karta tal-identità hi meħtieġa!