Coronavirus Internazzjonali

STATI UNITI: Aktar minn 4 miljun każ ta’ Covid-19

Fl-Amerika llum qabżu l-4 miljuni l-każi pożittivi ta’ Coronavirus.

Ċifri uffiċjali juru li globalment, il-fatalitajiet issa telgħu għal 632,000 persuna. Filwaqt li dawk li fiequ jammontaw għal 9.4 miljun ruħ.

Fi żviluppi oħra:

  • L-ajruport ta’ Bagdad jerġa’ jiftaħ wara 4 xhur
  • Il-qgħad fl-Iżvezja laħaq rekord li ilu ma jiġi reġistrat għal 22 sena
  • Seba’ persuni irriżultaw pożittivi waqt summer camp fl-Iżvizzera; 200 huma dawk li tpoġġew fi kwarantina
  • F’Miami, żdiedu l-multi għal min ma jilbisx il-maskri protettivi
  • U l-Parlament Ewropew ta l-approvazzjonijiet tiegħu għar-Recovery Fund illi dwaru intlaħaq qbil fil-bidu tal-ġimgħa wara summit storiku