Għawdex Lokali

Stennija wara li weħlet il-bieba tal-vapur t’Għawdex

Numru ta’ passiġġiera bħalissa jinsabu maqbuda fuq il-vapur tal-Gozo Channel għaliex il-bieba ta’ fejn joħorġu u jidħlu l-vapuri ma tistax tinfetaħ.

F’kuntatt li għamlu magħna numru ta’ passiġġiera qalulna li ilhom aktar minn 40 minuta maqbuda fil-garaxx tal-vapur jistennew.

Minn informazzjoni li għandna jidher li issa l-vapur se jdawwar biex il-vetturi jinħarġu minn fejn daħlu bir-reverse.

Aktar dettalji ‘l quddiem.