Sport Sport Ieħor

Ikkanċellati t-tournaments professjonali tat-tennis fiċ-Ċina

(Ritratt: EPA)

Total ta’ 11-il tournament li jiffurmaw parti mit-Tours ATP u WTA ġew ikkanċellati wara li ċ-Ċina ħabbret li mhux se torganizza avvenimenti sportivi għall-kumplament tas-sena minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Seba’ tournaments li jiffurmaw parti mit-Tour WTA ġew ikkanċellati fosthom id-WTA Finals li kienu skedati għal Novembru f’Shenzhen. Fl-ATP Tour jispikka n-nuqqas tal-Masters ta’ Shanghai.

It-Tour ATP hu mistenni li jkompli fl-20 ta’ Awwissu bl-Open ta’ Cincinnati u warajh l-Open tal-Istati Uniti, biż-żewġ kompetizzjonijiet se jintlagħbu fi New York. It-Tour WTA se jkompli bl-Open ta’ Palermo fit-3 ta’ Awwissu, f’dak li se jfisser ir-ritorn tat-tennis professjonali li ġie sospiż minħabba l-pandemija.