Lokali

”Is-sitwazzjoni preżenti mhux sikura” – Repubblika

Għaddew ‘l fuq minn 24 siegħa mill-inċident li seħħ ilbieraħ f’Bormla fejn raġel barrani tilef ħajtu u raġel Malti jinsab jissielet għal ħajtu fl-ITU.

Fi stqarrija, Repubblika stqarrew li minkejja li aktar minn erba’ xhur ilu, il-Gvern ħatar kummissjoni biex tfassal proposti għall-bidliet legali u proċedurali biex tiżgura s-sigurtà f’dan il-qasam, il-pubbliku ma ġie mgħarraf li ġara xejn konkret u l-inċident tal-bieraħ jikkonferma għal darb’oħra li s-sitwazzjoni preżenti mhux sikura.

Repubblika tesprimi ddispjaċir għall-mewt ta’ vittma oħra tal-iżvilupp bla ħniena u mhux ikkontrollat ​​li għadu jseħħ f’pajjiżna, minkejja l-bosta inċidenti.

L-istat ma jistax ikompli jagħlaq għajnejh għall-fatt li l-liġijiet tagħna m’humiex adegwati.