Il-Minority Leader tal-Furjana James Aaron Ellul kif ukoll il-Kunsillier tal-Mellieħa Gabriel Micallef ġew nominati għall-JCI Ten Outstanding Young People (TOYP) Awards b’rabta mal-ħidma tagħhom fil-politika lokali fil-Floriana u l-Mellieħa.
F’post fuq Facebook, James Aaron Ellulsaħaq li ħidmietu fil-lokal se tibqa’ li jservi, li jisma’, li jagħmel dak kollu possibbli biex ikun il-leħen tal-Floriana. Huwa stqarr li dan se jibqa’ jagħmlu bi grinta u mħabba biex il-komunità tal-lokalita’ tkun aħjar.
James Aaron Ellul huwa wkoll ġurnalist ma’ Net News.
Minn naħa l-oħra, Gabriel Micallef stqarr li huwa ta’ sodisfazzjon li huwa parti mill-Kunsill lokali tal-Mellieħa u li qed jagħti l-kontribut tiegħu sabiex jagħmel d-differenza fil-ħajjet tan-nies. Huwa stqarr li jrid ikompli jaħdem għaliex hemm ħafna xogħol xi jsir.
//= $special ?>