Lokali

Malti f’kollaborazzjoni ma’ rebbieħ ta’ żewġ Grammy Awards

Lil Eddie – rebbieħ ta’ żewġ Grammy awards kif ukoll membru tal-ġurija f’X Factor Malta.

Riċentament, hu ħareġ vidjo mużikali li inġibed mill-vidjografu Malti Victor Abela.

Jidher li Lil Eddie u Victor iltaqgħu propju f’X Factor fejn imbagħad bdew jikkomunikaw permezz ta’ Instagram. Kien propju hawn li Lil Eddie stieden lil vidjografu sabiex jitla Londra iżda dan ma kienx possibli minħabba l-pandemija tal-Covid-19

F’Marzu li għadda, il-kantant rritorna lura lejn LA fl-Amerika u staqsa lil Victor Abela jekk jixtieqx li jikkollaboraw xi ħaġa flimkien.

Lil Eddie wera x-xewqa li Victor jieħu ħsieb il-filmat tal-kanzunetta li għandu lesta. Victor aċċetta u flimkien ipproduċew il-filmat biex imbagħad wara, Victor Abela ħa ħsieb l-edittjar.

Ta’ min isemmi li l-kantant Lil Eddie kiteb diski ta’ kantanti famużi bħal Usher, Janet Jackson, Kylie Minogue u Pink