Sport Sport Ieħor

MIKE TYSON SE JIRRITORNA: se jiġġieled kontra Roy Jones Jr

(Ritratt: EPA)

Mike Tyson u Roy Jones Jr se jirritornaw fir-ring għal ġlieda ta’ esebizzjoni fuq tmien rawnds fit-12 ta’ Settembru f’Los Angeles. Tyson u Jones li għandhom 54 u 51 sena rispettivament, huma leġġendi tal-boxing Amerikan iżda se jirritornaw b’sorpriża. Dan għalkemm mistennija jilbsu l-headgear u se jużaw ingwanti akbar.

Fl-aħħar xhur, Tyson ilu jitfa’ filmati tiegħu waqt it-taħriġ, bl-ispekulazzjoni tindika li seta’ jiġġieled għall-ewwel darba fl-2005. Jones Jr li hu erba’ darbiet champion tad-dinja, rebaħ ġlidiet fl-2017 u fl-2018 u sa issa ġġieled 75 ġlieda professjonali.

Fil-bidu kien hemm ħsieb li Tyson seta’ jiġġieled kontra r-rivali tiegħu Evander Holyfield fejn saħansitra t-tnejn kienu miftuħa għal din il-possibbiltà.