Paris Saint-Germain għelbu lil Saint-Etienne 1-0 biex rebħu t-Tazza Franċiża, f’logħba li rat ftit eluf ta’ partitarji jitħallew jidħlu fi Stade de France. Din kienet l-ewwel logħba futbol uffiċjali fi Franza wara erba’ xhur minħabba li l-kampjonat Franċiż ġie mitmum kmieni kawża tal-coronavirus.
Neymar skorja l-gowl tar-rebħa fl-14-il minuta meta xutt ta’ Kylian Mbappe ġie salvat parzjalment, bil-ballun jispiċċa għand il-Brażiljan li skorja b’xutt b’saħħtu li ħabat mal-mimduda qabel daħal fix-xibka.
Il-logħba ta’ Mbappe damet ftit aktar minn nofs siegħa minħabba li kellu joħroġ imweġġa’ wara daħla kerha tal-captain Loic Perrin. Mbappe ħalla l-pitch jibki. Hu jidher li se jkun f’dubju serju li jitlef il-kwarti tal-finali taċ-Champions League li PSG għandhom kontra Atalanta x-xahar id-dieħel.
//= $special ?>