Sport Waterpolo

Rebħiet meritati għal Valletta u Sirens

(Ritratt: Sirens ASC)
Tibda t-tieni ġurnata tal-Fażi Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf

Stewart Said

GRUPP B

VALLETTA IZIBET………….. 15

OTTERS NIVEA……………….. 6

(3-2), (4-3), (2-1), (6-0)

Valletta IZIBET kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fi Grupp B. Wara t-telfa kontra San Ġiljan, għelbu lil Otters 15-6. Ir-riżultat finali jindika li setgħet kienet xi rebħa faċli iżda mertu jmur għal Otters li baqgħu fil-logħba sat-tielet sessjoni. Minkejja li d-distakk qatt ma kien enormi, Valletta dejjem dehru destinati għar-rebħa tant li qatt ma kienu minn taħt. Għalihom ma lagħbux il-gowlkiper Ryan Sciortino u Niki Lanzon.

Valletta rebħu l-ewwel sessjoni 3-2 b’Michele Stellini jpoġġi lil Valletta għat-tielet darba minn fuq wara li Dominique Zahra kien ġab id-draw momentarju darbtejn. Il-Beltin fetħu vantaġġ ta’ 5-2 u dehru li setgħu jiftħu vantaġġ kbir iżda Otters wettqu reazzjoni u naqqsu d-distakk għal 6-5.

Wara li Aquilina rdoppja l-vantaġġ fit-tieni sessjoni, Keith Galea u Miguel Zammit kabbru l-vantaġġ għal 9-5, biż-żagħżugħ Daniel Tully naqqas id-distakk u żamm lil Otters fil-logħba. Iżda fl-aħħar sessjoni Valletta kabbru l-vantaġġ b’sitt gowls mingħajr risposta, b’Miguel Zammit jiskorja tripletta.

Valletta: R. Sciortino, P. Borg (1), E. Aquilina (4), M. Stellini (4), A. Agius, R. Mock, D. Paolella, A. Bianchi, N. Farrugia, M. Zammit (5), K. Galea (1), N. Lanzon, T. Micallef

Otters: M. Xerri, M. Lanzon, R. Caruana, L. Hyzler, E. Meli (1), L. Gialanze, K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, D. Zahra (4), D. Tully (1), S. Xerri, D. Spiteri, M. Caruana Baluci

Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri

GRUPP A

SIRENS MECCA MARIN…….. 12

TA’ XBIEX…………………………. 6

(3-0), (4-4), (3-0), (2-2)

It-tieni rebħa għal Sirens Mecca Marin, tliet punti li waslu wkoll kontra avversarji li mistennija jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni. Bħar-rebħa kontra Marsaskala, Sirens ikkontrollaw il-logħba mingħajr ma ddominaw iżda dawn il-logħbiet se jkunu qed jgħinu liż-żgħażagħ fit-tim biex jiżviluppaw.

John Napier, Jerome Zerafa Gregory u Isaiah Riolo skorjaw it-tliet gowls ta’ Sirens fl-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ kiber għal ħames gowls fit-tieni sessjoni sakemm Ta’ Xbiex wettqu reazzjoni u naqqsu d-distakk għal 7-4 b’erba’ gowls minn erba’ plejers differenti.

It-tieni parti tal-logħba kienet simili għall-ewwel żewġ sessjonijiet, b’doppjetta ta’ Mikhael Cutajar u Matthew Sciberras ikabbru l-vantaġġ ta’ Sirens għal 10-4. Mark Carani naqqas id-distakk b’doppjetta iżda Matthias Azzopardi u Lucas Falzon issiġillaw ir-rebħa għat-tim ta’ Marko Orlovic.

Sirens: G. Galea Curmi, J. Ciantar (2), K. Erdogan, G. Melillo, J. Zerafa Gregory (1), T. Said (1), L. Falzon (2), I. Riolo (1), J. Napier (1), M. Cutajar (2), M. Sciberras (1), M. Azzopardi (1), O. Gauci, G. Farrugia, G. Sammut

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, M. Mifsud (1), R. Greco, D. Rizzo (1), M. Demarco (1), M. Carani (2), N. Saliba, K. Borg, G. Sammut, N. Schiavone (1), S. Azzopardi, M. Farrugia, J. Saliba, F. Cutajar

Referees: Andrea Barretta, Alex de Raffaele