Fis-Sudan instab qabar tal-massa b’għexieren ta’ katavri li jaħsbu huma l-fdalijiet ta’ uffiċjali tal-Armata li kienu nqatlu wara li, fl-1990, wettqu kolp ta’ stat kontra l-eks President Sudaniż, Omar al-Bashir.
Il-katavri nstabu f’Omdurman, il-belt ‘tewmija’ tal-kapitali Khartoum – bit-tfittxija għall-katavri ssir bħala parti mill-investigazzjonijiet dwar l-atroċitajiet li seħħew waqt it-tmexxija ta’ Bashir.
L-istess Bashir kien ħataf il-poter fis-sena preċedenti (1989) permezz ta’ kolp ta’ stat militari ieħor li rnexxa fl-iskop. Intant, f’April tal-1990, l-uffiċjali golpisti kienu ċirkondaw il-kwartieri-ġenerali tal-Armata u diversi barracks qabel spiċċaw arrestati u maqtula.
Omar al-Bashir kien tneħħa mill-poter matul is-sena li għaddiet u proprju din il-ġimgħa beda għaddej ġuri dwar il-kolp ta’ stat tal-1989 li permezz tiegħu kien ħataf il-kontroll tal-pajjiż.
//= $special ?>