Coronavirus Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Tingħalaq sala f’Monte Carmeli minħabba infermier li nstab pożittiv

L-awtoritajiet tas-saħħa itennu l-appell tagħhom għall-kawtela

Dan is-sit jista’ jikkonferma li wieħed mill-każi li fl-aħħar jiem instab pożittiv għall-Coronavirus huwa ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, impjegat fl-Isptar Monte Carmeli.

Jirriżulta li dan il-ħaddiema mar għax-xogħol, u allura mal-ewwel ittieħdu prekawzjonijiet sabiex is-sala sħiħa tinżamm magħluqa biex isiru t-testijiet neċessarji.

Hu mifhum li dan il-ħaddiem attenda għall-avveniment tal-massa ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Jitħassru l-parties fir-Radisson

Intant, il-lukanda Radisson Blue Resort f’San Ġiljan, fuq il-midja soċjali ħabbret li tħassru l-parties li kellha skedati għal tmiem il-ġimgħa.

Il-managment tal-lukanda qal li jieħu bis-serjetà s-saħħa u s-sigurtà kemm tal-klijenti kif ukoll tal-ħaddiema u għalhekk ittieħdet din id-deċiżjoni filwaqt li se jkomplu jimxu mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ndafa, miżuri u PPE.

F’din l-għoxrin ġimgħa minn mindu faqqa’ l-ewwel każ f’pajjiżna, kellna b’kollox 12 il-każ ġdid tal-Covid-19. Dan wara li fil-ġimgħa ta’ qabel ma kellna ebda każ.

Jidher li bħalissa l-R factor f’pajjiżna hu 0.5 u allura kien hemm żieda fir-rata ta’ trażmissjoni.