Fil-Qorti dalgħodu se tkompli l-inkjesta pubblika b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Illum mistennija tixhed il-ġurnalista Franċiża Pauline Adès-Mével. Minn naħa l-oħra, il-Ministru għall-affarijiet barranin Evarist Bartolo li kellu jixhed nhar l-Erbgħa li għadda iżda is-seduta ġiet diferita, ser ikun qed jixhed il-ġimgħa d-dieħla.
Jidher li l-ġurnalista Franċiza, qabel ma daħlet il-Qorti sabiex tagħti ix-xhieda tagħha, żaret il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia li jinsab quddiem il-Qorti stess.
L-inkjesta ta’ dalgħodu, li bdiet għall-ħabta tad-09.50 ser tkun qed tiddetermina jekk setgħux isiru aktar aktar affarijiet jew jittieħdu aktar passi mill-awtoritajiet sabiex l-assissinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma kienx isir.
Hekk kif daħal il-bord tal-inkjesta, l-avukat Therese Comodini Cachia ppreżentat kopja tar-rapport tal-NAO dwar il-kumpanija Vitals Global Healthcare.
Therese Comodini Cachia tgħid li trid tippreżenta intervista li Daphne Caruana Galizia għamlet qabel ma mietet, fejn fiha tkelmet dwar thedded fuq ħajjitha. Corinne Vella, oħt il-ġurnalista, preżentat kopja lill-bord kif ukoll artiklu minn ‘The Guardian’ fuq il-ġurnalista
Oħt Daphne Caruana Galizia, Corinne, titkellem dwar kif Daphne Caruana Galizia kienet tellgħet l-qorti lil Kurt Farrugia minħabba malfama. Dak iż-żmien, Farrugia kien Direttur tal-Komunikazzjoni tal-MaltaStar. Fl-14 ta’ Novembru tal-2011, Farrugia kien immultat €1,400.
Corinne Vella qalet ukoll li l-ġimgħa li għaddiet, Kurt Farrugia reġa għamel l-istess allegazzjonijiet dwar Daphne Caruana Galizia waqt li kien qed jixhed il-Ġimgħa l-oħra, anke jekk dawn l-allegazjonijiet nstab li mhux veri.
Bdiet tixhed il-ġurnalista Pauline Ades Mevel.
Hija stqarret li dan huwa mument importanti u li hi ilha taħdem fuq dan il -każ għal 3 snin sħaħ. Qalet ukoll li taf x’sitwazzjoni diffiċli jinsabu fiha il-ġurnalisti f’Malta.
Ades Mevel hija editriċi ta’ Reporters Without Borders u bħalissa qed tagħmel moniteraġġ ta’ 40 pajjiż.
Fl-ewwel xhur tal-2017, il-ġurnalista kienet intbgħatitila informazzjoni li Daphne Caruana Galizia kienet qed tingħata xi fastidju u li b’hekk ġew iffriżati l-assi tagħha.
Il-Ġurnalista tgħid ukoll li f’Lulju tal-2017 iltaqgħet ma’ Matthew Caruana Galizia, iben Daphne Caruana Galizia. Hu tkellem magħha dwar il-pressjoni li kienet qed taffaċċja ommu. Hija stqarret li xxukjatt ruħha meta saret li l-familja Caruana Galizia kienu diġa qed jesperjenzaw affarijiet xejn sbieħ bħall-qtil tal-klieb tagħhom u anke attentati sabiex tingħata d-dar ir-residenza tagħhom.
Ades Mevel stqarret li lil Matthew Caruana Galizia għarrfitu wkoll li hemm ġurnalisti minn Malta li qed jinfurmawha b’dak kollu li qed jiġri lil Dapne Caruana Galizia.
Hija stqarret li kienet tagħmel kuntatt ma’ iben il-ġurnalista għaliex kien aktar faċli. Filfatt, għalkemm kitbet lil Daphne, din qatt ma rċeviet tweġiba.
Il-Ġurnalista, spjegat li kemm l-Ungerija u anke l-Polonja kienu jagħtu prijorita’ lill-kwistjonijiet bil-liberta’ tal-istampa. Minn naħa l-oħra, pajjiżna u Ċipru ma kienux qed jingħataw attenzjoni mill-Unjoni Ewropea dwar dak li qed jiġri. Post Malta fl-indiċi baqa’ nieżel anke wara l-assassinju tal-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan minħabba li l-ġurnalisti f’pajjiżna għadhom jirrapurtaw tensjoni qawwija.
L-imħallef Said Pullicino staqsa lil Ades Mevel dwar il-kriterji li jinfluwenzaw il-klassifika fl-indiċi. Hija wieġbet li huma 7 l-indikaturi li jinfluwenzaw il-klassifika.
Ades Mevel, għamlet kjarifika li minn meta nħatar Prim Ministru ġdid , Reporters Without Borders għadhom ma bagħtux kwestjonarju minħabba li dan normalment jintbgħat bejn Settembru u Jannar.
Hija qalet li tinsab f’pajjiżna minħabba li ma tixtieqx li jsir qtil ta’ ġurnalisti oħrajn.
Reporters Without Bordersm wettqu xogħol kbir wara l-qtil ta’ Jan Kuciak u t-tfajla tiegħu. Filfatt, ilbieraħ intalab li l-mandant ta’ dan il-qtil imsemmi, jingħata 25 sena ħabs.
Individwi li jirrappurtaw lil Reporters Without Borders dwar dak li għaddej f’pajjiżna, huma persuni li jaħdmu mal-midja Maltija, joqgħodu Malta u joħorġu barra minn pajjiżna sabiex li jitkellmu fuq is-sitwazzjoni. Dawn li jagħmlu dan, sal-preżent, ma jridux li isimhom jidher fi kewestjonarji.
Issa, Ades Mevel tqabbel is-sitwazzjoni f’pajjiżna mas-sitwazzjoni fis-Slovakkja.
Hija stqarret li jekk ma ssirx ġustizzja, il-ġurnalisti Maltin, ser jiġu affettwati b’mod ħażin.
Rigward dak li ġara tlett ijiem ilu lil Melvin Theuma, Ades Mevel stqarret li imkien fl-Unjoni Ewropea ma tara xi ħadd f’sitwazzjoni bħal din, jiġrilu hekk. ”Xi ħaġa oxxena” – stqarret Ades Mevel.
Sa issa, tkompli tgħid il -ġurnalista, l-ebda ġurnalist ma’ kkuntattjaha biex jgħarrafha li s-sitwazzjoni f’pajjiżna ttejbet.
L-avukat Therese comodini Cachia talbet lill-ġurnalista biex titkellem dwar x’tip ta’ rapporti tirċievi fuq l-ġurnalisti Maltin.
Ades Mevel tkelmet kif huma diversi ġurnalisti Maltin li jinkwetaw li il-mowbaljs tagħhom qed jiġu mmoniterjati u b’hekk huma diversi li ma jkunux iridu jitkellmu magħha minħabba li jinkwetaw li dak li qed jintbgħat, ikun qed jiġi segwiet minn terzi persuni.
Stqarret li ma tantx issib ġurnalisti Maltin li jkunu jridu jidhru ma’ Reporters Without Borders. Qalet ukoll li f’Malta hawn ġurnalist partikolari li qed ikun aktar mgħasses minn oħrajn.
Hija qalet li l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia seta’ ġie evitat. Dan minħabba li l-ġurnalista kienet ilha tiġi trattata ħażin, attakata u ffastidjata u b’hekk l-affarijiet setgħu ikomplu jiggravaw, kif ġara.
Ades Mevel tkelmet dwar kif bħalissa qed taħdem biex f’ċertu pajjiżi barranin, il-ġurnalisti jkollhom sigurta’. Għalkemm, il-ġurnalisti ma jieħdux gost li jkunu segwiti minn karozzi tas-sigurta’ il-ħin kollu.
Il-ġurnalista qalet li jekk ikun hemm qbil bejn il-ġurnalisti u l-pulizija, din is-sigurta’ taħdem.
L-avukat Comodini Cachia staqsiet lix-xhud dwar proċeduri ta’ SLAPP u jekk tinsabx konxja tal-emails li ntbgħatu bejn il-Ministru Owen Bonnici li dak iż-żmien kien Ministru tal-ġustizzja u l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat… il-persuni li pproponew il-proċeduri ta’ SLAPP.
Ades-Mevel stqarret li għalkemm hi m’għandix dawn id-dettalji, l-esperti legali ta’ Reporters Without Borders ikunu jafu.
Minn naħa tagħha, Comodini Cachia tistaqsi dwar l-infrastruttura u x’inhuma n-nuqqasijiet tal-ġurnalisti f’Malta fejn tidħol il-klassifika. Ades Mevel twieġeb li f’Malta, il-ġurnalisti ma jgħidux f’isem liem midja jaħdmu iżda jitkellmu dwar għal liema Partit jaħdmu. Għalhekk f’Malta, il-qasma bejn iż-żewġ partiti poliċiti hija evidenti.
Il-ġurnalista titkellem dwar kif Reporters Without Borders jistudjaw x’jipprovdi lill-udjenza it-televixin pubbliku madwar id-dinja kollha.
Stqarret li minkejja li f’Ottubru tal-2017, Reporters Without Borders ipparteċipaw f’dimostrazzjoni u minkejja li t-toroq kienu maħnuqa bin-nies, l-istazzjoni nazzjonali ma semmiex din l-istess dimostrazzjoni iżda semma biss li nġabru n-nies sabiex jfakkru l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hija kompliet tgħid li pajjiżna huwa nieqes minn ġurnalisti indipendenti u li ċertu ġurnalisti ma tħallewx jaħdmu fuq ċertu affarijiet poliċi qabel telaq Joseph Muscat. Ċertu ġurnalisti ma setgħux jiktbu u jirrapurtaw ċertu stejjer.
Il-Ġurnalista Pauline Ades Mevel stqarret li hi ltaqgħet mal-Avukat Ġenerali u mal-President filwaqt li l-kollega tagħha Rebecca Vincent, ltaqgħet mal-Prim Ministru Robert Abela u mal-Ministru tal-Ekonomija.
Il-proposti ta’ dawn imsemmija kienu li ssir investigazzjoni indipendenti fuq l-assassinju u li ssir ġustizzja sħiħa.
Hija tgħid li milli semgħet, il-Prim Ministru kien dejjem interessat fil-proposti tagħhom iżda kien jgħid ukoll li diġa qed isir dak li għandu jsir mill-awtoritajiet. Għal dan, Ades Mevel tgħid li ħassitha li kienu qed jiġu injorati b’mod diplomatiku.
Il-ġurnalista stqarret li l-laqgħa mal-Prim Minstru kienet waħda bħala Reporters Without Borders u mhux bħala ġurnalisti. Intant, sal-aħħar minuta ma kienux jafu hux ser ssir il-laqgħa jew le.
Issa, jsiru mistoqsijiet dwar ir-rapport ”Justice Delayed”.
Il-ġurnalista Amerikana Rebecca Vincent u l-ġurnalista Caroline Muscat f’isem The Shift, wettqu studju dwar dak li qed jiġri f’pajjiżna.
Ades Mevel tkelmet li hija ċara li hemm interferenzi politiċi fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hija tkelmet li sitt xhur wara l-qtil, irnexxilha tiltaqa’ mal-maġistrat li kien qed jieħu ħsieb l-investigazzjoni tal-qtil, weħedha. Hija kellha tinforma lill-pulzija dwar din il-laqgħa.
Stqarret ukoll li ma tħallitx tiltaqa’ ma’ Neville Camilleri.
Hija qalet lill-maġistrat li l-NGO kienet inkwetata li s-sitwazzjoni mhux qed titjieb.
L-avukat Jason Azzopardi jistaqsi lil Ades Mevel dwar kemm-il darba ltaqgħet ma’ gvernijiet li jippruvaw jiskreditaw lis-soċjeta’ ċivili u lill-ġurnalisti. Hija stqarret li Malta huwa waħda minn dawn il-pajjiżi. Magħhom hemm ukoll il-Bulgarija, is-Serbja, il-Montenegro u l-Albanija.
Mistoqsija jekk iltaqgħetx ma’ uffiċjal tal-OPM li jikteb pubblikament sabiex jiskredita lill-ġurnalista, hija wieġeb li din hi xi ħaġa li tiġri minħabba li s-sitwazzjoni tal-midja marret lura.
Jason Azzopardi jikkwota tweet li kien kiteb il-Ministru Silvio Schembri f’Mejju tal-2017. Fiha kienet kitba li tgħid li wara l-elezzjoni, jeħilsu minn Daphne Caruana Galizia kif ukoll minn Binha. Fit-tweet kien hemm ukoll filmatt. Mistoqsija jekk din hiex xi ħaġa komuni, Ades MEvel wieġbet ”Qas tisma b’xi ħaġa hekk”
L-inkjesta fuq l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tkompli nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulu fejn mistenni jixhed il-Ministru Evarist Bartolo u l-Ġimgħa 31 ta’ Lulju fejn mistenni jixhed l-MEP David Casa
//= $special ?>