Sport Sport Ieħor

Zanardi jerġa’ jitpoġġa taħt kura intensiva

(Ritratt: EPA)

L-eks sewwieq tal-Formula 1 u champion Paralimpiku Alex Zanardi se jirritorna fis-sezzjoni tal-kura intensiva wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet instabbli. It-Taljan ittieħed fl-isptar San Raffaele ta’ Milan it-Tlieta li għadda biex jiġi kkurat għad-daqqiet serji li sofra f’rasu. Zanardi li għandu 53 sena, tpoġġa f’koma u kellu tliet operazzjonijiet fi sptar fi Siena minn meta kellu inċident bil-handbike fid-19 ta’ Ġunju li għadda.

It-Taljan li tellaq ma’ erba’ timijiet fil-Formula 1 fis-snin 90, kien tilef saqajh taħt l-irkoppa wara inċident gravi f’tellieqa fil-Ġermanja f’Settembru tal-2001. Hu kien mhux biss irkupra mill-inċident iżda rritorna jtellaq fiċ-ċirkwit qabel beda jikkompeti fl-isport paralimpiku u anki rebaħ erba’ midalji tad-deheb.