Claudio Camilleri u Patrick Tabone telqu minn Tas-Sliema kmieni dalgħodu fuq ġirja ta’ 35 siegħa b’tul ta’ 190km… ġirja madwar il-kosta ta’ Malta u Għawdex kollha.

Il-ġirja tinkludi 4km ta’ elevazzjoni vertikali – l-ekwivalenti għal 1500 sulari taraġ. Din il-ġirja qed issir biex jinġabru fondi għall-Programm ta’ Appoġġ Edukattiv mmexxi minn Kopin Malta u l-Jesuit Refugee Service Malta.
Wieħed jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu billi jidħol fis-sit elettroniku www.1run.mt.



