Aktar minn 70 ġurnalist u l-istaff tas-sit tal-aħbarijet, Index, fost l-aktar rinomati fl-Ungerija, offrew ir-riżenja tagħhom hekk kif akkużaw lill-Gvern tal-pajjiż li jrid jeqred jew iħammeġ il-fama ta’ dan is-sit reputabbli.
Ir-riżenji waslu wara li l-Kap Editorjali tal-aħħar sit independenti tal-aħbarijiet fil-pajjiż, Szabolcs Dull, tkeċċa nhar it-Tlieta li għadda, bil-ġurnalisti jgħidu li t-tkeċċija turi indħil ċar tal-Gvern li jrid jimmonta pressjoni fuq il-linja editorjali tas-sit.
Ix-xahar li għadda, Dull kien wissa li Index sfat taħt pressjoni esterna tant li t-tmexxija editorjali, li tinsab f’periklu, setgħet tinbidel kompletament.
Il-ġurnalisti kollha u l-istaff offrew ir-riżenja tagħhom wara li l-President tal-Bord tas-sit, Laszlo Bodolar, irrifjuta li jerġa’ jaħtar lill-Kap Editorjali tas-sit u saħaq li mhuwiex minnu li l-indipendenza tas-sit jinsab f’riskju.
Wara li ħarġu għall-aħħar darba mill-post tax-xogħol, eluf ta’ Ungeriżi ħonqu t-toroq ta’ Budapest jipprotestaw għal-libertà tal-istampa.
//= $special ?>