Internazzjonali

Iċ-Ċina tordna l-għeluq ta’ konsolat Amerikan

It-tensjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti komplew jeskalaw hekk kif il-Gvern Komunista Ċiniż ordna l-għeluq tal-konsolat Amerikan f’Chengdu.

Dan wara li l-President Amerikan, Donald Trump, nhar it-Tlieta ordna li l-Konsolat Ċiniż fi Houston jingħalaq fi żmien 72 siegħa biex titħares il-propjetà intellettwali tal-pajjiż u l-informazzjoni privata tal-Amerikani.

Dan wara li l-Istat Uniti akkużat lil aġenti Ċiniżi li ppruvaw jisirqu bosta riċerka u informazzjoni, fosthom dik medika, minn Texas.

Beijing appellat lill-Istati Uniti sabiex tirtira d-deċiżjoni tagħha u jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn dawn iż-2 pajjiżi b’saħħithom globalment.