Lokali

In-nies jibżgħu jmorru attivitajiet tal-massa minħabba l-Covid-19 ?

Is-Sajf… staġun li miegħu iġib diversi avvenimenti tal-massa bħal tiġijiet, festi u xi kunċert ma jonqsosx!

Iżda dan is-Sajf, għal diversi nies se jkun wieħed differenti minħabba l-Covid-19… virus li għadu qed jiċċirkola madwar id-dinja kollha…

NET NEWS żar it-toroq tal-Belt Valletta fejn kienu diversi l-persuni li kienu lebsin maskra portettiva…għalkemm din mhix obbligatorja…

Staqsejna wkoll lin-nies jekk jibżgħux jattendu avvenimenti tal-massa… bit-tweġiba ta’ ħafna tkun li għadhom jibżgħu jiffrekwentaw postijiet b’ħafna nies….

Kien hemm individiwi oħra li għalkemm xorta qed joqgħodu attenti u jsegwu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni, qalulna li ma jibżgħux jattendu għal dawn l-avvenimenti…