Waqt kontrolli ta’ rutina fl-ajruport, uffiċjali tad-Dwana ta’ kontra l-ħasil tal-flus, skoprew aktar minn €35,800 f’hand luggage ta’ passiġġier li kien sejjer lejn Frankfurt.
Il-passiġġier ġie mistoqsi jekk kellux xi x’jiddikjara lid-Dwana u wieġeb fin-negattiv, iżda kelb tad-dwana xamm il-flus u wassal biex il-passiġġier inkixef li kien qed iġorr ammont sostanzjali ta’ flus kontanti. Din l-indikazzjoni wasslet għal tfittxija fiżika fl-affarijiet tal-passiġġier u sussegwentement ġew elevati €35,839 mill-bagalja inkluż ċekk ta’ aktar minn €12,000. Il-pulizija żammet lill-passiġġier taħt arrest u issa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Il-passiġġieri huma obbligati jiddikjaraw kwalunkwe ammont ta’ flus kontanti u abbozzi tal-bank li jammontaw għal €10,000 jew iktar kemm jekk jaslu, jitilqu jew jgħaddu minn Malta. Liġijiet simili japplikaw għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi madwar id-Dinja.
//= $special ?>