Lokali

Karozza tieħu n-nar f’Raħal Ġdid

Għal raġuni mhux magħrufa, matul il-lejl li għaddha, karozza tat-tip Volkswagen ħadet in-nar fi Triq George Caruana, Raħal Ġdid.

Jidher li dan ġara għall ħabta tas-2am sbieħ is-Sibt fejn kawza tan-nirien saret xi ħsara lil blokka appartamenti fejn kienet ipparkjatha l-karozza li ħadet in-nar.

Skont informazzjoni li kiseb l-istazzjon, kawża tan-nirien u d-dħaħen li ħarġu mill-karozza, ir-residenti tal-madwar inħarġu mid-djar tagħhom biex ingħataw l-ewwel għajnuna. Dawn daħlu lura f’darhom hekk kif in-nar ġie kkontrollat u kif is-sitwazzjoni ikkalmat meta kien fadal ebda periklu.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga.