Lokali

KUNSILL ĠENERALI PN: Nhar l-Erbgħa se ssir il-votazzjoni kmieni

Il-Kummissjoni Elettorali ikkonkludiet il-pjan dwar kif se ssir il-votazzjoni fil-Kunsill Ġenerali, bil-vot se jibda mill-ewwel nhar il-Ġimgħa bejn is-6pm u t-8pm u jkompli l-għada is-Sibt – f’Malta bejn 8am u 6pm, u Għawdex 9am-4pm.

Dan tħabbar minn Francis Zammit Dimech, illi minn naħa tiegħu ikkonferma li l-Erbgħa se ssir l-early voting. Dan se jsir bejn il-5pm u t-8pm.

F’Malta, il-votazzjoni se ssir fid-Dar Ċentrali tal-PN, f’Tal-Pietà filwaqt li f’Għawdex il-votazzjoni se ssir fil-kwartieri tal-PN f’Ta’ Sannat.

F’intervista fuq Net FM, is-Segretarju Ġenerali tal-PN fakkar li l-Maltin jistgħu jivvutaw Għawdex u viċe-versa. Iżda dan irid isir b’avviż.

Il-kunsillieri se jintalbu jagħtu l-opinjoni tagħhom għad-domanda:Il-membri tal-Kunsill Ġenerali jiġu mitlub jagħżlu jekk it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista fil-Konvenzjoni Ġenerali għandhomx; Jikkonfermaw il-Kap tal-partit jew Jeleġġu Kap tal-Partit Nazzjonalista.